Reġistrazzjoni ta' Kanċellament, Riduzzjoni jew Posponimenti ta' Ipoteki (Formola Ċ)
Meta ipoteka tkun imħallsa kollha, il-bank jirtira l-ipoteka hekk li l-proprjetà tkun libera minn kull dejn li seta' jkun hemm fuqha. Il-kreditur jista' wkoll iċedi proprjetà u jżomm l-ipoteka fuq proprjetà oħra. F'każi bħal dawn, in-nutar ikollu jippreżenta n-nota ta' referenza ma' din l-applikazzjoni hekk li l-ipoteka tinbidel jew titneħħa.