• ID login
  • My Cases
  •  

Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd > Ambjent > Permessi għall-Immaniġjar tal-Iskart

Permessi għall-Immaniġjar tal-Iskart

  • Reġistrazzjoni għall-Produttur ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku

    Individwi jew kumpaniji li jixtiequ jimportaw u/jew jimmanifatturaw u jpoġġu fuq is-suq Malti tagħmir elettriku u elettroniku, jeħtieġu li jirreġistraw mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), sa minn meta jpoġġu l-prodott għall-ewwel darba fuq is-suq Malti.
  • Reġistrazzjoni għall-Produttur ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku

    Individwi jew kumpaniji li jixtiequ jimportaw u/jew jimmanifatturaw u jpoġġu fuq is-suq Malti ppakkjar jew il-materjal tal-ippakkjar, jeħtieġu li jġeddu r-reġistrazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), sa minn meta jpoġġu l-prodott għall-ewwel darba fuq is-suq Malti.
  • Reġistrazzjoni għall-Produttur tal-Ippakkjar

    Individwi jew kumpaniji li jixtiequ jimportaw u/jew jimmanifatturaw u jpoġġu fuq is-suq Malti ppakkjar jew il-materjal tal-ippakkjar, jeħtieġu li jirreġistraw mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) sa minn meta jpoġġu l-prodott għall-ewwel darba fuq is-suq Malti.
  • Reġistrazzjoni ta' Rziezet

    Irziezet u stabbilimenti (bħal stalel, zoos, kennels u guvi) li jżommu annimali jeħtieġu li jkunu rreġistrati mal-ERA skont AL 106 tal-2007.
  • Reġistrazzjoni ta’ Braken għall-Ġarr tal-Iskart

    Jekk barkun jintuża sabiex jinġarr kwalunkwe tip ta' skart, jeħtieġ li jkun irreġistrat mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).
  • Reġistrazzjoni ta’ Tankers Mobbli tat-Triq

    Il-kontenituri tat-toroq mobbli li jimmaniġġjaw il-petrol huma meħtieġa li jiġu rreġistrati mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Din ir-reġistrazzjoni hija meħtieġa biex tippermetti t-tagħbija tal-petrol mit-terminals u l-ħatt tal-petrol fl-istazzjonijiet tas-servizz. Sabiex jiġu rreġistrati, it-tankers mobbli tat-trasport fit-triq iridu jkunu ċċertifikati minn awditur approvat bħala konformi mar-rekwiżiti għal tankers mobbli tat-triq fil-'Kontroll ta' Emissjonijiet Volatili Organiċi Komposti-VOC (Ħażna u Distribuzzjoni ta 'Petrol minn Terminals għal Stazzjonijiet tas-Servizz ), LS 549.52.
  • Rimi ta' Darba

    Vetturi mhux irreġistrati mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u jeħtieġu li jġorru skart b'mod urġenti minħabba Ordni tal-Qorti jew tal-Pulizija sabiex jiġi distrutt, għandhom jirreġistraw permezz ta' din il-proċedura.
  • Sensar tal-Iskart (Għal Kumpaniji bbażati f'Pajjiżi Barra minn Malta)

    Individwi jew kumpaniji lokali jew barranin li jaġixxu bħala sensara tal-iskart mingħajr ma jieħdu possess tal-iskart innifsu, jeħtieġu li jkunu rreġistrati mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) skont AL 106 tal-2007.
  • Talba għal Reġistrazzjoni ta' Vettura (WasteServ Malta Ltd)

    WasteServ Malta Ltd topera numru ta' faċilitajiet għar-rimi tal-iskart. Dawn jinkludu l-landfill tal-Magħtab, l-Impjant tat-Trattament tal-Iskart fit-Tramuntana ta' Malta, l-Impjant tat-Trattament ta' Skart ta' San Antonin, l-Inċeneratur tal-Marsa, u t-Transfer Station tal-Kus.
  • Talba għall-Immaniġjar tal-Iskart (WasteServ Malta Ltd)

    Permezz tal-formola onlajn, klijenti li għandhom bżonn jarmu xi skart kummerċjali jew industrijali ser ikollhom l-faċilità jgħaddu l-informazzjoni meħtieġa b'mod immedjat, u b'hekk il-klijent jiġi nfurmat kif għandu jimmaniġja l-iskart tiegħu.
  • 1
  • 2
  • 3
next
​​​Freephone 153​​
​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2023