• ID login
  •  

Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
​​​​​​​​​​​
​
Ressaq Ilment
​
​​​
Avviż​
Home > Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd > Enerġija > Servizzi tad-Dawl u l-Ilma

Servizzi tad-Dawl u l-Ilma

  • Gaiters/Switching Deviation (Formola De)

    Biex tkopri, iddawwar jew titfi temporanjament il-feeders tal-elettriku li jippermettu xogħlijiet fuq il-faċċata, jew biex jiżviluppaw/iwaqqgħu bini. Ħlasijiet standard ta' €40, €300 u €400 huma applikabbli biex jinstallaw gaiters, jitfu switches ta' feeder (jew parti minnu), jew idawru l-aerial lines rispettivament.
  • Single Euro Payment Area (SEPA): Permess ta' Direct Debit

    Jawtorizza lil ARMS Ltd biex awtomatikament tirċievi fondi mill-kont tal-bank ta' klijent meta tinħareġ invoice. Tista' tintuża għal darba jew għal ħlas regolari ta' invoices li jintbagħtu lill-klijent. Il-klijent ikun avżat bl-ammont minn qabel ma jinġibdu l-flus permezz ta' kont li jirċievi bil-posta. Fil-każ ta' kont kontestat, il-klijent jista' jitlob ħlas lura (refużjoni) li tingħata qabel ma jitħallas il-kont kontestat.
  • Aġġornament ta' Indirizz Care Of (Formola K)

    Jippermetti lid-detentur ta' kont li jemenda jew ibiddel l-indirizz postali tal-kont tiegħu/tagħha. Il-kontijiet magħżula se jiġu impostati fl-indirizz indikat fuq il-formola.
  • Applikazzjoni - Parti A – 2021 PV VO Scheme (3rd Call)

    L-iskema tal-Pannelli Solari Fotovoltajċi għal Għaqdiet Volontarji hi skema amministrata mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli (MESD) bil-ħsieb li tinkoraġġixxi l-użu tal-enerġija rinovabbli. Din l-iskema hi ffinanzjata minn fondi nazzjonali u tapplika għal Għaqdiet Volontarji registrati u konformi kif imfissra fl-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji (Kap. 492).
  • Applikazzjoni għal Rimedju (Formola H1)

    Detenturi ta' kont huma intitolati li jitolbu lill-ARMS biex jirrimedjaw rigward applikazzjoni preċedenti għal bidla fin-numru ta' persuni fuq il-kont, li huma jqisu bħala miċħuda inġustament. Ċittadini tal-UE jistgħu japplikaw b'mod speċjali għal rimedju f'każi fejn ma tkunx saret applikazzjoni qabel, bil-kundizzjoni li jibagħtu l-evidenza meħtieġa tar-residenza primarja tagħhom f'Malta fl-indirizz li jkun marbut mal-kont, fiż-żmien tal-każ. Ladarba l-applikazzjoni tkun proċessata, id-detentur tal-kont jista' jkollu bidla retroattiva fit-tariffa (ħlas b'lura minn waħda domestika għal waħda residenzjali).
  • Applikazzjoni għal servizz ġdid tal-Elettriku u/jew tal-Ilma

    Biex tiddaħħal provvista tal-elettriku u/jew ilma f'post li għad m'għandux provvista. Jista' jkun hemm servizz wieħed biss fil-post u għalhekk jekk diġà hemm, applikazzjoni bħal din ma tiġix aċċettata.
  • Applikazzjoni għal Tqabbid ta’ Dwal tat-Toroq Ġodda jew Imressqin (Formola STL)

    Tista' tuża din l-applikazzjoni biex tapplika għal tqabbid ta’ dwal tat-toroq ġodda jew imressqin.
  • Applikazzjoni għall-Iskema ta’ Servizz ta’ Kwalità Garantit (GSS)

    Permezz tal-iskema ta' Servizz ta' Kwalità Garantit, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tieħu impen li tipprovdi servizz kontinwu lill-klijenti tagħha. F'kaz ta' qtugħ tas-servizz, il-Korporazzjoni tikkommetti ruħha li tagħti lura s-servizz fi żmien 48 siegħa f'każ ta' manutenzjoni u fi żmien 72 siegħa f' każ ta' ħsarat mhux previżti.
  • Applikazzjoni għall-Kard ta’ Aċċess għall-Ilma Rreċiklat 'New Water'

    Għall-benefiċċju tal-agrikoltura u għat-titjib tal-kwalità tal-akkwifer, in-New Water se jiġi pprovdut mingħajr ħlas, sa massimu ta' 2,500,000 litru kull nofs ettaru.
  • Avviż biex Isir Qari tal-Arloġġ tal-Ilma f'Postijiet li Ma Jintużawx Regolarment (Formola L)

    Detentur ta' kont jista' jixtieq li jkun mgħarraf minn qabel meta jkun ġej dak li jaqra l-arloġġ ta' garaxx, maħżen jew dar li ma tkunx okkupata jew rari tintuża.
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
next
​​Freephone 153​
​
​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo ​​ressaq ilment logo​ ​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2022