• ID login
  • My Cases
  •  

Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Ambjent, Enerġija, Biedja u Sajd > Enerġija > Servizzi tad-Dawl u l-Ilma

Servizzi tad-Dawl u l-Ilma

  • Avviż biex Isir Qari tal-Arloġġ tal-Ilma f'Postijiet li Ma Jintużawx Regolarment (Formola L)

    Detentur ta' kont jista' jixtieq li jkun mgħarraf minn qabel meta jkun ġej dak li jaqra l-arloġġ ta' garaxx, maħżen jew dar li ma tkunx okkupata jew rari tintuża.

  • Bdil jew Ċaqliq tal-Post ta' Servizz tal-Ilma (Formola S)

    Ċaqliq jew bdil ta' kumnikazzjoni ta' servizz tal-arloġġ tal-ilma. Iċ-ċaqliq tal-arloġġ tal-ilma b'distanza qasira perpendikulari għal mains li m'għandhomx bżonn kumnikazzjoni ma jinvolvix ħlas. Meta ċ-ċaqliq tal-arloġġ tal-ilma jirrikjedi kumnikazzjoni ġdida, ikun irid isir ħlas ekwivalenti għal dak ta' applikazzjoni ġdida għal servizz tal-ilma. Din l-applikazzjoni tista' tintuża wkoll biex jinbidlu l-kanen tal-ħadid għall-ilma, f'liema każ l-applikant għandu jinstalla earth electrode qabel ma jbiddel is-servizz.
  • Bdil tal-Arloġġ tal-Ilma (Formola B)

    Detentur ta' kont jista' jitlob li jibdel l-arloġġ tal-ilma, jew għax ikun antik jew inkella għax ikun wieqaf u ma jkunx qed jirreġistra konsum.
  • Bidla fin-Numru ta' Persuni Residenti f'Post/Fond (Formola H)

    Reġistrazzjoni ta' bidla fin-numru ta' persuni li joqogħdu fil-post. Dawn il-persuni jirċievu sussidju fil-forma ta' eco-reduction fuq il-kontijiet tagħhom tal-elettriku. L-awtoritajiet għandhom jiġu mgħarrfa kull darba li jkun hemm bidla fin-numru ta' persuni hekk li l-kontijiet wara d-data ta' meta tkun intbagħtet l-applikazzjoni jirriflettu n-numru korrett tal-persuni.
  • Bidla fit-Tariffi tal-Kont (Formola R)

    Din l-applikazzjoni ssir biex taġġorna t-tariffa sew tal-ilma kif ukoll tal-elettriku għal kont minn wieħed residenzjali/domestiku għal wieħed mhux residenzjali u viċiversa. It-tariffa applikabbli normalment tiġi stmata fuq l-użu tal-post u l-applikazzjoni jkollha dikjarazzjoni magħha fuq l-użu li qed isir mill-post.
  • C - Application for removal of electricity and / or water service

    Din l-applikazzjoni ssir biex id-detentur tal-kont jgħaqla l arloġġi tad-dawl u tal-ilma.

  • CHP - Application for connecting a combined heat and power plant to the grid

    Din l-applikazzjoni ssir wara li tinħareġ l-approvazzjoni tar- REWS.

  • Dikjarazzjoni dwar Servizz li ma Jintużax Regolarment (Formola M)

    Dikjarazzjoni ta' servizz li mhuwiex jintuża regolarment.
  • Energy Audits għall-Intrapriżi Żgħar u Medji

    Din l-applikazzjoni hija għal intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju sabiex tapplika għal għotja għall-Energy Audit, li ssir taħt id-direzzjonijiet speċifiċi mogħtija fl-Avviż tal-Gvern 237 u 238 tal-2024.

    L-Iskema ta' Promozzjoni ta' Energy Audits f'Intrapriżi Żgħar u Medji hija maqsuma f'2 għażliet, imsejħa Skema A u Skema B. L-Iskema A hija intiża għal intrapriżi li huma elenkati taħt ir-Regolament De Minimis, filwaqt li l-Iskema B hija għal intrapriżi eliġibbli taħt ir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija.
  • Għajnuna għal Investiment ta' Proġetti għall-Effiċjenza tal-Enerġija

    Il-Korporazzjoni Malta Enterprise f'kollaborazzjoni mal-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma ser tagħti għajnuna lil-impriżi li jwettqu investimenti li jwasslu għal effiċjenza mtejba tal-enerġija. L-għajnuna hija mfassla biex tiffaċilita investiment f'soluzzjonijiet teknoloġiċi li jipprovdu effiċjenza akbar fl-enerġija u jikkontribwixxu direttament lejn tnaqqis fil-ħtiġijiet tal-enerġija tal-benefiċjarji. L-għajnuna mogħtija permezz ta' din il-miżura ser tkun taħt forma ta' kreditu ta' taxxa li jista' jinqata' kontra t-taxxa dovuta mill-benefiċjarju.
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025