Maltese - Skema tal-Panelli Fotovoltajċi (PV) (Parti A)
Sabiex ikompli jinkoraġġixxi l-użu aħjar tal-enerġija li qed tiġi ġġenerata mill-pajjiż, ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u tal-Ilma (REWS) qed jamministra l-iskema li hi ffinanzjata mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew (ERDF), u li għandu l-iskop li jinkoraġġixxi l-użu ta' sistemi fotovoltajċi għal użu residenzjali li jnaqqsu l-użu ta' enerġija, jew jużaw sorsi rinovabbli ta' enerġija.
L-applikanti li diġà rċevew għotja ta' sistema simili sa mill-2006 mhumhiex eliġibbli għal għotja oħra maħruġa skont din l-iskema.