L-iskema tar-Restawr ta’ Bjar Domestiċi hi amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma bil-ħsieb li tinkoraġġixxi aktar il-ġbir u l-użu tal-ilma tax-xita fis-settur domestiku. Din l-iskema hi ffinanzjata minn fondi nazzjonali u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) għall-użu fil-proprjetà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.
Din l-iskema ġiet estiża sal-31 ta' Diċembru 2024 bl-
Avviż tal-Gvern numru 17 tas-sena 2024.