• ID login
  • My Cases
  •  

Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija > Servizzi Edukattivi > Boroż ta' Studju

Boroż ta' Studju

  • Boroż ta' Studju Barra minn Malta

    L-applikazzjoni għal Boroż ta' Studju trid tiġi mimlija minn min qed japplika għal Borża ta' Studju offruta minn pajjiżi jew organizzazzjonijiet barranin fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Dawn il-Boroż ta' Studju huma ppubblikati fuq il-website tal-Ministeru taħt is-sezzjoni tal-Boroż ta' Studju. F'din is-sezzjoni wieħed jista' jsib ukoll l-applikazzjonl. Jekk l-applikant mhuwiex student, din l-applikazzjoni trid tiġi ffirmata minn min iħaddmu biex din tkun ikkunsidrata valida.
  • GET Qualfied 2017-2023 (Formola tal-Istudenti)

    L-iskema tal-Get Qualified hija inizzjattiva biex tghin fl-izvilupp tal-individwi biex jakkwistaw kwalifiki fl-industrija. Dan l-incentiv japplika ghal individwi li qed isegwu kors li jwassalhom ghal diploma, degree jew post-graduate certificate. Wara li jitterminaw il-kors b'success , l-istudent jibbenifika minn kreditu ta' taxxa li jkopri parti mill-ispejjez li jhallas ghal kors.

  • GET Qualfied 2017-2023 (Għalliema/Istituzzjonijiet)

    L-iskema tal-Get Qualified hija inizzjattiva biex tgħin fl-iżvilupp tal-individwi biex jakkwistaw kwalifiki fl-industrija. Dan l-inċentiv japplika għal individwi li qed isegwu kors li jwassalhom għal diploma, degree jew ċertifikat post-graduate. Wara li jitterminaw il-kors b'suċċess , l-istudent jibbenifika minn kreditu ta' taxxa li jkopri parti mill-ispejjeż li jħallas għall-kors.
  • Għix il-lingwa

    Il-Gvern ta’ Malta jirrikonoxxi l-benefiċċji numerużi miksuba miż- żgħażagħ li huma esposti għat- tagħlim ta’ lingwa barranija fil-pajjiż u għalhekk huwa impenjat li jipprovdi għajnuna finanzjarja liż-żgħażagħ li jsifru biex jitgħallmu il-lingwa fil-pajjiż rispettiv.
  • L-iSkema ENDEAVOUR Scholarships

    L-iskema ta' boroż ta' studju ENDEAVOUR II tappoġġja edukazzjoni terzjarja ta' kwalità fil-livell post-terzjarju, f’ livell 7 u livell 8 u biex tassigura li s-suq tax-xogħol Malti jkollu l-aħjar nies sabiex dan ikun f'pożizzjoni li jikkompeti f'livell internazzjonali. L-iskema għandha l-għan li tappoġġja lil dawk li jaqbdu din it-triq kif ukoll li tikkontribwixxi effettivament għall-ekonomija. L-edukazzjoni post-terzjarja hi parti dejjem iżjed importanti fl-aġenda ekonomika u soċjali ta' kull pajjiż. Dan għaliex hija element ewlieni fl-żvilupp professjonali kontinwu ta' ħafna nies

  • L-iSkema Malta Arts Scholarships Scheme

    Ħarsa ġenerali

    L-Iskema Boroż ta’ Studju fl-Arti f’Malta għandha l-għan li tipprovdi aktar opportunitajiet biex jiġu appoġġjati individwi li għandhom talent eċċezzjonali fil-promozzjoni tal-ispeċjalizzazzjoni tal-ispettaklu professjonali fl-arti. It-teatru, il-mużika, iż-żfin, id-disinn, il-kitba kreattiva, il-films, u l-arti viżiva, jew kwalunkwe taħlita tagħhom, qed jingħataw il-prijorità mistħoqqa.

    L-iskema hija disponibbli wkoll għal applikanti taħt is-16-il sena. F’dawn il-każijiet, jekk l-applikant jingħata Borża ta’ Studju fl-Arti, il-kustodju legali għandu jkun marbut li jiffirma dikjarazzjoni separata li tikkonferma li l-minorenni se jkompli jsegwi l-edukazzjoni obbligatorja matul il-perjodu tal-Borża ta’ Studju.

    Barra minn hekk, l-applikanti li jingħataw Borża ta’ Studju fl-Arti għandhom ikunu disponibbli biex jibdew il-programm/kors/kwalifika tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena rispettiva.

  • L-iSkema The Malta Sport Scholarships

    L-Iskema Boroż ta’ Studju fl-Isports għandha l-għan li tistimula l-promozzjoni tal-isport fuq livell professjonali, u li tippromwovi l-iżvilupp ta’ atleti bi prestazzjoni tajba li eventwalment se jirrappreżentaw lil Malta f’kompetizzjonijiet internazzjonali. It-titijb tal-istatus tal-isports f’Malta mhux biss se jġib miegħu rikonoxximent internazzjonali usa’ b’benefiċċju ekonomiku pożittiv għall-industrija tat-turiżmu, iżda se jinkoraġġixxi wkoll l-ipprattikar tal-isport u l-attività fiżika mill-pajjiż kollu, li se jirriżulta f’titjib ġenerali fis-saħħa u l-benessri tal-popolazzjoni kollha.

  • Skema ta' Boroż ta' Studju għall-Edukazzjoni Terzjarja (TESS)

    Il- Borza ta’ Studju Tertiary Education Scholarship Scheme intnedgħiet bl’ iskop li tkun ta’ sapport u ittejjeb l’ edukazjoni terzjarja fl’ Livell 7 a Livell 8 biex jizdied il- kontribuzjoni fis- settur tal- impjieg Malti ul- Ekonomija.

  • Skema tal-Gvern ta' Malta għal Studenti Universitarji

    Din l-iskema għandha l-iskop li tagħti opportunitajiet biex tkabbar l-għażla ta' gradi universitarji/ kwalifiki sa Livell 6 fl-MQF u tinkludi Baċellerat u kwalifiki vokazzjonali, ikklassifikati bħala livell 6 jew ekwivalenti skont l-Istruttura tal-Kwalifiki ta' Malta (MQF). Il-Gvern qed jestendi l-appoġġ finanzjarju disponibbli lil studenti universitarji fl-Università u fl-MCAST, lil studenti oħra li qed jagħmlu studji simili f'istituzzjonijiet li jwasslu għal kwalifika rikonoxxuta lokalment u fiżikament f'livell 6 tal-MQF.
  • Veterinary Studies Scholarships Scheme

    L-Iskema Boroż ta’ Studju għall-Istudji Veterinarji hija maħsuba biex tappoġġja lill-istudenti li qed isegwu kors fl-Istudji Veterinarji li jwassal għal (Livell MQF 7) barra minn Malta li jwassal għar-reġistrazzjoni ta’ Kirurgu Veterinarju kif determinat mill-bord tal-Kirurgi Veterinarji.

     

    Għanijiet u Objettivi

    It-tnedija ta’ din l-iskema ġdida ta’ boroż ta’ studju se tippermetti lill-istudenti li jsegwu l-Kors fl-Istudji Veterinarji li jwassal għal (MQF Livell 7) biex japplikaw u jingħataw pakkett finanzjarju aktar ta’ sodisfazzjon li jkopri t-tul ta’ 5 snin sakemm jitlesta u fl-aħħar mill-aħħar jiggradwaw fil-Mediċina Veterinarja f’Istituzzjoni Rikonoxxuta u b’ċertifikazzjoni ta’ livell 7 tal-Qafas ta’ Kwalifiki ta’ Malta.

    Qed jingħata stipendju mill-MGUS.

  • 1
next
​​​Freephone 153​​
​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2023