Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz huwa maħsub għal dawk li jridu japplikaw għall- eżamijiet tal-Edexcel.

L-eżamijiet tal-Edexcel jinkludu l-livell tal-IGCSE (qabel magħruf bħala Livell Ordinarju) u l-livell tal-IAL (qabel magħruf bħala Livell Avvanzat) biss.

​X’ser​ tingħata

Il-pubbliku ġenerali huma mogħtija l-opportunità li japplikaw għall-eżamijiet tal-Edexcel.

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Edexcel & AQA – Ġunju 2025

Dati tal-applikazzjoni: 06/01/2025 – 13/01/2025
 

Kanċellazzjonijiet addizzjonali / kanċellazzjonijiet (bl-email*): 16/01/2025 – 17/01/2025
 

Applikazzjoni tard ONLINE: 03/03/2025 – 04/03/2025
 

Applikazzjonijiet għall-Arranġamenti ta' Aċċess: 06/01/2025 – 17/01/2025

* Bil-posta elettronika lil [email protected] 
Telephone: 2598 2952 or 2598 2964
 

Il-formola tal-Applikazzjoni tista' tinstab hawn

Il-kandidati li għandhom kont tal-e-ID Malti jaċċessaw is-sit elettroniku hawn u jdaħħlu d-dettalji tal-e-ID tagħhom u jagħżlu “Edexcel London” skont kif applikabbli.

Id-dettalji personali li huma disponibbli mill-e-ID jimtlew awtomatikament, għalkemm il-persuna li qed tapplika jkollha ċ-ċans temenda l-indirizz. Dettalji adizzjonali jiġu miżjuda mill-persuna li qed tapplika.

Il-kandidati jridu jagħżlu jekk hux qed japplikaw permezz tal-iskola tagħhom (f’każ tal-istudenti tal-Form 5) jew inkella bħala kandidati privati.

Fil-każ ta’ persuni li qed jissottomettu applikazzjoni għall-eżamijiet tal-Edexcel għall-ewwel darba, dawn għandhom jagħżlu “no” għall-Unique Candidate Identifier (UCI).

Wara jridu jagħzlu s-suġġetti kollha applikabbli billi jagħżlu “add subject” wara kull suġġett.

Meta l-persuna li qed tapplika tkun sodisfatta li s-suġġetti magħżula huma kollha elenkati b’mod korrett, hija tagħfas “submit” u tipproċedi bil-pagament.

Dokumenti meħtieġa

Karta tal-Identità Maltija u li jkollok kont tal-e-ID Malti.

applika