• ID login
  •  

Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija > Servizzi Edukattivi > Edukazzjoni Ogħla / Terzjarja

Edukazzjoni Ogħla / Terzjarja

  • Akkreditazzjoni ta' Organizzazzjonijiet ta’ Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali

    Il-Mobility Charter tal-Erasmus + għandu l-għan li jtejjeb l-istrateġiji ta' internazzjonalizzazzjoni Ewropej fil-qasam tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) u tagħmilhom aktar sostenibbli, u b'hekk ittejjeb il-kwalità tal-mobilità tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali transnazzjonali. Sejħiet għall-għoti tal-VET Mobility Charter huma ppubblikati kull sena fuq is-siti tal-internet tal-Aġenziji Nazzjonali.
  • Akkreditazzjoni tal-Konsorzja tal-Mobilità tal-Edukazzjoni Ogħla

    Erasmus+ għandu l-iskop li jappoġġa l-aġenda ta' modernizzazzjoni u internazzjonalizzazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni ogħla, b'mod partikolari l-kwalità ta' mobbiltà ta' student u staff.
  • Eżenzjoni minn Ħlas għat-Tagħlim f'Istituzzjonijiet Edukattivi tal-Istat

    Ċittadini ta' pajjiżi terzi jistgħu japplikaw biex jiġu eżenti mill-ħlas għal tagħlim f'istituzzjonijiet tal-istat jekk huma intitolati skont il-liġi. Kategoriji ta' applikanti jistgħu jinkludu dawk li qed ifittxu ażil (kenn politiku), refuġjati, dawk li qed ifittxu ażil jew ġew rifjutati sakemm jiġu deportati, persuni li jkollhom permessi waħidhom jew il-karta blu, kif ukoll membri tal-familja u dipendenti ta' dawk intitolati. Ħlasijiet jistgħu wkoll jitwarrbu minħabba raġunijiet umanitarji għal persuni li altrimenti ma kinux ikunu intitolati.
  • Formola ta' Kunsens għal Stipendju lil Studenti taħt is-16-il Sena

    Formola ta' kunsens għall-ġenituri ta' studenti li huma taħt is-16-il sena u li japplikaw għall-għotjiet ta' manteniment lil istudent.
  • Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti

    L-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jinqasmu fuq seba’ friegħi:
    1. L-Għotja tal-Bidu
    2. L-Għotja ta’ Darba
    3. L-Istipendji
    4. Għotja għall-Ġenituri Singli
    5. L-Istipendji Speċjali tas-Sajf
    6. Ħlas Parzjali tal-Paga Minima
    7. L-Għotjiet Supplimentari

    L-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti huma pprovduti mill-Gvern ta’ Malta għal studenti fl-edukazzjoni għolja. Din l-iskema topera taħt sett ta' regolamenti u l-Avviż Legali AL 308 tal-2016 jiddetermina l-eliġibbiltà.

    L-istudenti li jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom onlajn wara l-aħħar ta’ Novembru tas-sena akkademika rispettiva jkunu kkunsidrati eliġibbli għall-Għotjiet ta' Manteniment mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

    Il-formoli tal-applikazzjoni onlajn għall-Għotjiet ta’ Manteniment tal-Istudenti għandhom jiġu sottomessi fuq bażi annwali fil-bidu tas-sena akkademika.

  • Għotjiet ta’ Manteniment Supplimentari

    Għotjiet ta’ Manteniment Supplimentari huma għotjiet maħsubin għal studenti li qegħdin jiffaċċjaw ċerti problemi, inklużi dawk finanzjarji.
  • KA1: KA1: Mobilità tal-Istudenti u l-istaff fl-Edukazzjoni Ogħla fil-Pajjiżi tal-Programm (jiġifieri l-Istati Membri kollha tal-UE)

    Din l-azzjoni hija dwar il-provvediment ta' opportunitajiet għall-individwi biex itejbu l-ħiliet tagħhom, itejbu l-impjegabilità tagħhom u jiksbu kuxjenza kulturali.

    Taħt KA1, l-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għall-finanzjament biex imexxu proġetti ta’ mobbiltà biex l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu joffru studju strutturat, esperjenza ta’ xogħol, job shadowing, opportunitajiet ta’ taħriġ u tagħlim lill-istaff u lill-istudenti.

    Il-benefiċjarji jistgħu jqattgħu perjodu ta’ żmien f’pajjiż parteċipant ieħor biex jiksbu esperjenza siewja tal-ħajja, studju u xogħol bil-għan li jżidu l-opportunitajiet disponibbli għalihom fil-futur.

    KA1 tkopri l-ħames oqsma ta’ edukazzjoni ogħla, edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ, skejjel, edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-gruppi fil-mira u l-attivitajiet għal KA1 ivarjaw skont il-qasam.

    KA1 hija l-akbar azzjoni fl-Erasmus + bi 63% tal-baġit tal-programm li jiffoka l-enfasi tiegħu fuq iż-żieda fil-mobilità u l-ħiliet.
  • KA1: Mobilità tal-Istudenti u l-istaff tal-Edukazzjoni Ogħla bejn il-Pajjiżi tal-Programm u l-Pajjiżi Msieħba (jiġifieri l-Istati Membri kollha tal-UE)

    Din l-azzjoni hija dwar il-provvediment ta' opportunitajiet għall-individwi biex itejbu l-ħiliet tagħhom, itejbu l-impjegabilità tagħhom u jiksbu kuxjenza kulturali.

    Taħt KA1, l-organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għall-finanzjament biex imexxu proġetti ta’ mobbiltà biex l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu joffru studju strutturat, esperjenza ta’ xogħol, job shadowing, opportunitajiet ta’ taħriġ u tagħlim lill-istaff u lill-istudenti.

    Il-benefiċjarji jistgħu jqattgħu perjodu ta’ żmien f’pajjiż parteċipant ieħor biex jiksbu esperjenza siewja tal-ħajja, studju u xogħol bil-għan li jżidu l-opportunitajiet disponibbli għalihom fil-futur.

    KA1 tkopri l-ħames oqsma ta’ edukazzjoni ogħla, edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ, skejjel, edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-gruppi fil-mira u l-attivitajiet għal KA1 ivarjaw skont il-qasam.

    KA1 hija l-akbar azzjoni fl-Erasmus + bi 63% tal-baġit tal-programm li jiffoka l-enfasi tiegħu fuq iż-żieda fil-mobilità u l-ħiliet.
  • Kreditu tat-Taxxa fuq Kwalifiki Edukattivi Ogħla

    Benefiċċju ta’ kreditu ta’ taxxa fuq PHd jew Masters degree jew Postgraduate Diploma (minimu 60 credits) (MQF level 8 jew 7), Dan jgħodd għal min ma kellux aktar minn 40 sena meta beda l-kors.
  • Liċenzja biex topera bħala Istituzzjoni Edukattiva

    Il-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla hija responsabbli sabiex tagħti liċenzji lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla li joffru korsijiet akkreditati skont il-Qafas Malti tal-Kwalifiki kif spjegat fl-Avviż Legali 296 tal-2012.
  • 1
  • 2
next

​​avvenimenti

 

Visit Malta

Is-sit uffiċjali tat-Turiżmu għal Malta, Għawdex u Kemmuna​

 

​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
servizz logo
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
© servizz.gov 2020