Ħarsa ġenerali​

Is-servizz għandu l-mira li jappoġġa lill-istudenti billi joffrilhom programm edukattiv waqt is-soġġorn tagħhom fl-isptar.

​X’ser​ tingħata

Għalliema li jappoġġjaw lill-istudenti fl-isptar:
  • Jikkoordinaw mal-Kap tal-Iskola u l-għalliema rispettivi biex l-istudenti jkunu jistgħu jsegwu l-programm edukattiv li normalment isir fl-iskola.  Dan iseħħ fil-każ ta’ student li jiddaħħlu l-isptar għal terminu twil;

 
  • Jikkoordinaw mal-Unità tal-Evalwazzjoni u d-Dipartiment tal-MATSEC meta l-istudenti jiddaħħlu l-isptar waqt sessjonijiet tal-eżamijiet (eżamijiet tal-Benchmark, eżamijiet mocks u eżamijiet tal-livell SEC) u jagħmlu l-arranġamenti neċessarji sabiex l-eżamijiet isiru fl-isptar;

 
  • Jattendu laqgħat multidixxiplinari dwar il-ħtiġijiet olistiċi tal-istudenti fl-isptar.

Eliġibbiltà​​

Studenti, bejn il-5 u s-16-il sena, li jkunu rikoverati fl-Isptar Mater Dei jew fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo huma eliġibbli għall-Klassijiet tal-Isptar.

Kif tapplika​

M’ hemmx għalfejn tapplika. Is-servizz jiġi offrut awtomatikament mill-għalliema tal-isptar fis-sala. Formola ta ’reġistrazzjoni timtela kif xieraq. Il-formola mimlija bid-data tal-istudent se tintbagħat lis-Servizzi nazzjonali tal-benesseri tal-istudenti fl-aħħar ta’ kull terminu.