• ID login
  • My Cases
  •  

Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
​​​​​​​​​​​
​
Ressaq Ilment
​
​​​
Avviż​
Home > Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija > Servizzi Edukattivi > Servizz ta’ Sapport Edukattiv

Servizz ta’ Sapport Edukattiv

  • Warrant għall-Għalliema

    Wara sentejn ta' prattika fil-professjoni tat-tagħlim, l-għalliema li għandhom kwalifika fit-tagħlim rikonoxxuta mill-Kunsill tal-Professjoni tat-Tagħlim (CTP) huma mitluba biex japplikaw għall-warrant permanenti ta' għalliem. Persuni li għandhom degree ta' Master's jew degree ekwivalenti u rreġistraw għal kwalifika bħal din qabel id-29 ta' Lulju 2008 jistgħu japplikaw ukoll. Persuni li qabel id-29 ta' Lulju 2008 kienu jipprattikaw il-professjoni ta' għalliem għal tal-anqas 8 snin fi skola wara li jkunu komplew ħmistax-il sena ta' esperjenza fit-tagħlim jistgħu japplikaw għal warrant permanenti.
  • Warrant Temporanju għall-Għalliema fl-Iskejjel tal-Istat

    Għalliema li jgħallmu fl-edukazzjoni obbligatorja huma mitluba mill-Liġi biex ikollhom tal-anqas warrant temporanju.
  • Akkreditar ta’ Individwi

    Applikanti jistgħu jagħmlu użu mill-applikazzjoni onlajn billi jiddikjaraw ir-rwol li jagħżlu permezz ta’ kwalifiki imtella' fl-applikazzjoni u skont rekwiżiti ta’ eliġibilità. L-Accreditation Unit jibgħat ittra ta' akkreditazzjoni b'email lill-applikant. Din l-ittra tista' tintuża mill-applikant bħala prova meta dan japplika għal impjieg ma' Istituzzjoni Edukattiva.
  • EDU Fast Ferry Scheme

    Din l-iskema hi għal studenti Għawdxin li qed jistudjaw l-MCAST, Junior College u l-Univeristà ta’ Malta kif ukoll għal edukaturi Għawdxin li jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat, Privati, tal-Knisja, MCAST, Junior College kif ukoll fl-Universita ta’ Malta.
  • Formola ta' Referenza għal Servizz tal-Psikoloġija fl-Iskejjel

    Is-Servizz tal-Psikoloġija fl-Iskejjel jgħin biex jinħoloq ambjent san li jifaċċilita l-iżvilupp edukattiv u personali tal-istudenti. Dan isir permezz ta’ interventi ta’ prevenzjoni u interventi oħra fuq livell personali, familjari u sistemiku.
  • Formola ta' Riferiment lil Unit għal Aċċess tal-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU)

    Dan huwa servizz speċjalizzat fuq it-teknologija bl-użu tal-komunikazzjoni tal-Komunikazzjoni Alternattiva, kif ukoll dwar Teknoloġija Assistiva (Assistive Technology). Is-servizz huwa għat-tfal u għall-adulti f'Malta u f’Għawdex li għandhom diffikultajiet fil-lingwa, u għandhom bżonn sistema ta’ teknologija biex jikkomunikaw. L-ACTU bħalissa huwa l-uniku tim transdixxiplinarju u magħmul minn terapisti li għandhom esperjenza wiesa u vasta f’dan il-qasam. Dawn huma Occupational Therapists u Speech and Language Therapists flimkien ma' għalliem li jagħti s-support lill-iskejjel dwar is-software li jkunu qegħdin jużaw it-tfal u jħarreġ il-professjonisti fl-iskejjel. Għandna wkoll Learning Support Assistant li tagħmel riżorsi assoċjati ma' din it-teknologija li għandhom bżonn dawn it-tfal.
  • Formola ta’ Applikazzjoni għax-'Xalati ta’ Kitba'

    Bejn wieħed u ieħor l-Aġenzija torganizza Xalata ta’ Kitba darba fix-xahar, għal tfal ta’ etajiet differenti u l-familji tagħhom. Dawn l-attivitajiet jagħtu togħma tal-proċess tal-kitba lill-familji b’attività prattika, fejn it-tfal u l-kbar iħaddmu l-kreattività tagħhom billi jsawru storja, reklam jew poeżija, u jiktbu flimkien bħala familja.

    Matul din l-esperjenza l-familji:

    • jieħdu sehem f’esperjenza ta’ kitba.
    • jiktbu flimkien bħala familja f’atmosfera ta’ gost u rilassanti,
    • ikollhom esperjenza pożittiva tal-kitba,
    • jorbtu l-kitba mal-ħajja ta’ kuljum u,
    • jitħarrġu fi strateġiji tal-kitba li l-ġenituri/kustodji jistgħu jużaw ma’ wliedhom id-dar.
  • Is-Servizz tal-Hospital Classes

    Dan is-servizz huwa maħsub biex ikompli jipprovdi l-edukazzjoni meħtieġa u biex inaqqas kemm jista’ jkun l-effetti ta’ assenza fit-tul waqt li l-istudent ikun qed jirċievi trattament fl-isptar.
  • Is-Servizz tal-Intervent Bikri

    Dan is-servizz huwa maħsub għal tfal li juru diffikultajiet jew dewmien f'diversi oqsma.
  • Kors ta’ Taħriġ fil-Metodoloġija tal-Programm tal-Litteriżmu Nwar

    Il-Kors ta’ Taħriġ fil-Metodoloġija tal-Programm tal-Litteriżmu Nwar huwa miftuħ għal edukaturi li jixtiequ jitgħallmu iktar dwar strateġiji multisensorjali tal-litteriżmu li jistgħu jużaw ma’ tfal li jsibuha diffiċli jaqraw u jiktbu. Dan huwa kors intensiv ta’ 75 siegħa u l-parteċipanti jkunu mistennija jiddedikaw ħin ieħor għar-riċerka u x-xogħol li jingħataw għal rashom.
  • 1
  • 2
next
​​Freephone 153​
​
​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo ​​ressaq ilment logo​ ​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2022