• ID login
  • My Cases
  •  

Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija > Servizzi Edukattivi > Servizzi u Għaqdiet taż-Żgħażagħ

Servizzi u Għaqdiet taż-Żgħażagħ

  • Warrant għall-Youth Worker

    Il-warrant iforni lil youth workers (ħaddiema maż-żgħażagħ) b'benchmark (punt ta' referenza) għal imġiba u prattika tajba professjonali. Huwa maħsub sabiex jiggwida u jagħti appoġġ lil youth workers biex iwettqu d-dmirijiet u responsabbiltajiet professjonali tagħhom, u biex isostnu l-istandards professjonali u t-tijib kontinwu ta' dawn l-istandards.
  • Akreditazzjoni ta' Organizzazzjonijiet Volontarji taż-Żgħażagħ

    L-accreditation isservi biex wieħed jikseb aċċess għas-Servizz Volontarju Ewropew (EVS) u biex tassigura li l-prinċipji u l-istandards minimi ta' kwalità tal-EVS jintlaħqu.
  • Applikazzjoni għall-Użu ta’ Tagħmir minn Aġenzija Żgħażagħ

    Organizzazzjonijiet irreġistrati mal-Aġenzija Żgħażagħ jistgħu jikru tagħmir wara li jħallsu depożitu li jingħata kollu lura. Id-depożitu jitħallas kollu lura ladarba t-tagħmir jittieħed lura fil-ħin, jaħdem sew u fl-istess kundizzjoni li ngħata fiha.
  • Irriserva post fiċ-ċentri tal-attivatijiet taż-żgħażagħ - Marsaxlokk

    Iċ-ċentri ta’ ‘Attivitajiet taż-Żgħażagħ’ , huma spazji li jistgħu jintużaw minn organizzazjonijiet taż-żgħażagħ bl-għan li jorganizzaw avvenimenti bħal seminars, live-ins jew skambji taż-żgħażagħ.
  • Irriserva post fiċ-ċentri tal-attivatijiet taż-żgħażagħ – Villa Psaigon

    Iċ-ċentri ta’ ‘Attivitajiet taż-Żgħażagħ’, huma spazji li jistgħu jintużaw minn organizzazjonijiet taż-żgħażagħ bl-għan li jorganizzaw avvenimenti bħal seminars, live-ins jew skambji taż-żgħażagħ.
  • It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda

    Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal-Banda, ta’ kull sena torganizza l-iskema ‘It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’ bħala parti mill-programm ta’ Sapport lill-Għaqdiet taż-Żgħażagħ. Dan il-proġett qiegħed jiġi amministrat mill-istess Aġenzija, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji. Il-Każini tal-Banda, f’diversi bliet u rħula Maltin u Għawdxin jipprovdu liż-żgħażagħ bl-opportunità li jitgħallmu u jiżviluppaw il-ħiliet mużikali tagħhom.

    L-għan ewlieni wara din l-iskema hija li tipprovdi assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda lokali biex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew jitgħallmu strumenti mużikali u/jew itejbu s-servizzi ta’ tagħlim għal dawk iż-żgħażagħ li diġà qegħdin jattendu l-każini. Dawn jistgħu wkoll iniedu inizjattivi innovattivi u sostenibbli biex jibdew jew isaħħu l-istrutturi ta’ tagħlim mużikali tagħhom.
  • Karta Żgħażagħ (EYCA Card)

    L-iskop ta' dil-card huwa li jippromovi l-abbiltà, iżid informazzjoni dwar iż-żgħażagħ u jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ barra minn Malta. Fost il-benefiċċji, iż-żgħażagħ ikollhom aċċess għall-informazzjoni u roħs sew lokalment kif ukoll barra.
  • Opportunitajiet ta' xogħol fis-sajf

    Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti (SMGB), fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istitut tas-Servizzi Pubbliċi fid-Diviżjoni Dwar Nies u Standards fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qiegħed jistieden studenti li qegħdin jistudjaw full-time, inklużi dawk li jinsabu fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom jew spiċċaw l-iskola sekondarja obbligatorja biex japplikaw għall-proviżjoni ta’ opportunitajiet ta’ xogħol fis-sajf għall-istudenti.
  • Skema A4U: Għajnuna Għalik

    Sapport finanzjarju biex jgħin lill-organizzazzjonijiet/gruppi taż-żgħażagħ jiżviluppaw u jżidu r-riżorsi u jtejbu l-fond li jużaw.
  • Skema Kun Attiv: Niżviluppaw l-Ideat Flimkien

    Be Active hija skema kompetittiva fejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ japplikaw għall-finanzjament billi jiżviluppaw proġett tal-komunità relatat ma ’numru ta’ suġġetti meqjusa ta’ prijorita’.
  • 1
next
​​​Freephone 153​​
​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2023