Il-Qafas ta’ Rikonoxximent għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija (TARF) tal-MDIA huwa qafas f’livelli differenti, maħluq biex jipprovdi gradi varji ta’ rikonoxximent għal firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji, minn dawk emerġenti sa dawk tradizzjonali, u li jallinja ma’ standards internazzjonali u l-aħjar prattiki tal-industrija.
TARF huwa skalabbli, u jippermetti integrazzjoni bla xkiel ta’ teknoloġiji ġodda. Huwa mmirat lejn sidien jew operaturi ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi li jixtiequ jivvalutaw u jiksbu rikonoxximent għall-kontrolli relatati mat-teknoloġija tagħhom.
Ir-rikonoxximent uffiċjali ta’ TARF għandu l-għan li jipprovdi gradi differenti ta’ fiduċja għal partijiet interessati bħall-Awtoritajiet Ewlenin, investituri, żviluppaturi, fornituri, utenti finali, u l-pubbliku. Il-qafas huwa flessibbli, u jippermetti lill-applikanti jagħżlu x’jixtiequ jiġu vvalutati fuqu, b’livelli ta’ valutazzjoni differenti li jibnu fuq xulxin għal livelli ogħla ta’ fiduċja.
Il-ERBA’ LIVELLI TA’ VALUTAZZJONI TA’ TARF HUMM:
• Livell 0 – Awto-Valutazzjoni (speċifiku għas-settur)
• Livell 1 – Sandbox tat-Teknoloġija
• Livell 2 – Reviżjoni tat-Teknoloġija
• Livell 3 – Assigurazzjoni tat-Teknoloġija