Il-Fond għal Kawżi Soċjali jaqa' taħt il-Kapitolu 583 tal-Ligijiet ta' Malta, l-Att dwar il-Loghob [Lotteriji u Logħob Ieħor], u għandu bħala skop ewlieni li jgħin lil diversi individwi, aġenziji jew organizzazzjonijiet li għandhom attività soċjali, kulturali, civili, edukattiva, sportiva, filantropika, jew reliġjuża jew li jappogjaw kawzi ohra meritevoli.
Il-kumitat tal-Fond għal Kawżi Soċjali jamministra dan il-fond. Il-fond jiġġenera d-dħul tieghu minn 3 mezzi differenti:
- perċentwali mis-somom gross, miżati, drittijiet u, jew taxxi mħallsin minn persuni awtorizzati lill-Awtorità;
- ammonti li jitħallsu, skont kwalsijasi liġi jew kuntratt u kwalsijasi strument legali jew dokument ieħor ta’ kull xorta, sew jekk domestiku sew jekk esteru jew internazzjonali, għall-Fond għal-Logħob Responsabbli;
- ammonti l-oħra kollha li l-Awtorità hi meħtieġa takkredita lil u tħallas fil-Fond għal Logħob.
Wieħed jista' japplika għall-fondi wara li jkun ikkonsulta l-linji gwida u jkun bagħat il-formola ta' applikazzjoni rilevanti.