• ID login
  •  

Ekonomija, Negozju u Kummerċ


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Ekonomija, Negozju u Kummerċ > Negozju u Kummerċ > Industrija

Industrija

  • Għajnuna lil Negozji tal-Familja

    Din il-miżura hija maħsuba biex tappoġġja l-iżvilupp ta' Negozji tal-Familja fil-bini ta' kapaċitajiet interni, u tgħin fit-trasferiment tal-attività tan-negozju tagħhom.
  • Għotja għall-Assoċjazzjonijiet Kummerċjali (Business Associations Grant)

    L-assoċjazzjonijiet kummerċjali għandhom rwol kritiku fl-istabbiliment tal-aħjar prattiki u standards tekniċi. Permezz ta' dan l-inċentiv, Malta Enterprise qed tippromwovi l-iżvilupp u l-kontinwità ta' Assoċjazzjonijiet Kummerċjali żgħar li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni u jiżviluppaw is-settur tan-negozju rilevanti tagħhom.
  • Għotja għat-Transport għall-Għawdex

    Din l-iskema tgħin lill-intrapriżi li jagħmlu manifattura ġewwa Għawdex billi jnaqqsu l-ispejjeż ta' transporazzjoni bejn il-gżejjer. L-assistenza sservi biex tnaqqas l-iżvantaġġi tal-ispejjeż u tpoġġi lil dawn in-negozji f'pożizzjoni aħjar biex jikkompetu b'mod effettiv fi ħdan is-suq uniku.
  • Ikkopera biex Tikber (Cooperate for Growth)

    Dan l-inċentiv għandu l-għan li jgħin negozji li huma lesti jidħlu fi swieq ġodda, jew li jintroduċu servizz jew prodott ġdid f'suq internazzjonali eżistenti. L-għajnuna tingħatha bħala għotja per diem, għal kull jum barra minn Malta.
  • Impjieg fl-Innovazzjoni u l-Kreatività - Taxxa Personali

    Din il-miżura tiffaċilita l-impjieg ta' persuni mhux residenti Maltin fir-rwoli li bħalissa mhumiex indirizzati mis-suq tax-xogħol lokali, billi ttaffi temporanjament l-ispejjeż tat-taxxa mġarrba minn dawn il-persuni permezz ta' inċentiv fiskali.
  • Informazzjoni dwar Logħob u Sistemi ta' Kontroll

    Din il-formola tinkludi dettalji dwar il-logħob u sistemi ta' kontroll tal-operaturi/ min għandu l-liċenzja għal-logħob u dettalji relevanti ta' min jilgħab u l-kont bankarju li jaħdem bih.
  • Krediti ta' Taxxa għall-Investiment

    Dawn il-krediti ta' taxxa għandhom l-għan li jsostnu l-iżvilupp industrijali u ekonomiku reġjonali ta' Malta. Din il-miżura tiffaċilita l-investimenti inizjali billi tħeġġeġ it-twaqqif ta' stabbilimenti ġodda u l-espansjoni u żvilupp ta' negozji eżistenti.
  • Krediti ta' Taxxa għar-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni

    Din il-miżura tagħti kreditu ta' taxxa lil impriżi li jimpjegaw persuna li għandha jew qed tagħmel dottorat fix-xjenza, fit-teknoloġija informatika, jew fl-inġinerija.
  • Liċenzja Klassi 1 għall-Magni tal-Logħob għad-Divertiment (Amusement Machines)

    L-Awtorità dwar il-Logħob titlob li din il-formola timtela minn kull persuna li tkun trid tikseb liċenzja għal Magna ta' Divertiment biex timmanifattura, tgħaqqad, tqiegħed fis-suq, tqassam, tbigħ, tikri, tittrasferixxi u tħaddem magni tad-divertiment f'Malta.
  • Liċenzja Klassi 2 għall-Magni tal-Logħob għad-Divertiment (Amusement Machines)

    L-Awtorità dwar il-Logħob titlob li din il-formola timtela minn kull persuna li tkun trid tikseb liċenzja għal Magna tal-Logħob tad-Divertiment biex iżżomm magna tal-logħob tad-divertiment f'post aċċessibbli mill-pubbliku li hu ġestit, immexxi jew mod ieħor ikkontrollat minnha f'Malta.
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
next

​​avvenimenti

 

Visit Malta

Is-sit uffiċjali tat-Turiżmu għal Malta, Għawdex u Kemmuna​

 

​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
servizz logo
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
© servizz.gov 2020