• ID login
  •  

Ekonomija, Negozju u Kummerċ


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Ekonomija, Negozju u Kummerċ > Negozju u Kummerċ > Negozju u Kummerċ

Negozju u Kummerċ

  • Car Boot Sale Licence (Formola G)

    Din il-formola ġġib liċenzja biex tagħmel car boot sale.
  • Applikazzjoni għal Dokument tas-Sorveljanza

    Dokument ta' Sorveljanza hu dokument meħtieġ biex issir sorveljanza tal-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti tal-ħadid, tal-azzar jew tal-aluminju. Lista ta' dawn il-prodotti tinsab fl-Annessi tar-Regolamenti tal-UE 2016/670 u 2018/640.
  • Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta ' tagħmir protettiv personali

    Ir-rekwiżit għal awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni għal tagħmir protettiv personali ġie introdott mill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-pubblikazzjoni tar-Regolament ta ' Implimentazzjoni (UE) 2020/402 fid-dawl tan-nuqqasijiet fil-provvista li qed jiġu esperjenzati fl-UE matul il-pandemija COVID-19. Dan ir-rekwiżit japplika għall-prodotti elenkati fl-Anness I tar-Regolament.
  • Applikazzjoni għall-Esportazzjoni ta' Oġġetti li għandhom Użu Doppju

    Ir-Regolamenti tal-2001 dwar il-Kontroll fl-Esportazzjoni ta' Oġġetti li għandhom Użu Doppju jipprovdu biex jinħarġu awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni għall-oġġetti li jaqgħu taħt il-kategorija ta' użu doppju fil-lista li tinstab fil-manwal għal dawn ir-regolamenti. Il-pajjiż tad-destinarju finali jiddetermina jekk hemmx bżonn ta' din il-liċenzja f'każ ta' oġġetti in transitu minn Malta.
  • Applikazzjoni għall-Esportazzjoni ta' Oġġetti Militari

    Ir-Regolamenti tal-2001 dwar il-Kontroll fl-Esportazzjoni ta' Tagħmir Militari jipprovdu biex jinħarġu awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni rigward armi, munizzjon, splussivi, aġenti tossikoloġiċi u tagħmir militari ieħor, inklużi vetturi militari, bastimenti tal-gwerra, ajruplani u apparat elettroniku. Lista ta' tagħmir militari li jinħtieġ awtorizzazzjoni tinstab fl-Anness għal dawn ir-regolamenti. F'każ ta' oġġetti in transitu minn Malta, il-pajjiż tad-destinarju finali jiddetermina jekk hemmx bżonn ta' din il-liċenzja jew le.
  • Applikazzjoni sabiex tinħareġ Merkanzija minn taħt il-Kontroll tad-Dwana

    Konsenji ta' prodotti farmaċewtiċi li jidħlu f'ċirkolazzjoni ħielsa u speċifikament ikunu ser jintużaw f'Malta għandhom bżonn it-timbru tad-Dipartiment tal-Kummerċ qabel ma jiġu rilaxxati mid-Dwana.
  • Estensjoni ta' Żmien għal Bejjiegħ Sostitut fit-Toroq (Formola D)

    Din il-formola ġġib permess lil bejjiegħ sostitut biex joqgħod flok dak li għandu l-liċenzja prinċipali għal aktar minn xahar minħabba raġunijiet speċifiċi familjari, li jinkludu:
    i) Kull perjodu ta' żmien li matulu min għandu l-liċenzja jkun marid.
    ii) Kull perjodu ta' żmien li matulu min għandu l-liċenzja jkun qed jieħu ħsieb ġenituri, il-mara jew raġel tiegħu/tagħha jew tfal li jkunu morda.
    iii) Kull perjodu ta' żmien li matulu min għandu l-liċenzja jkun qed jieħu ħsieb ġenituri, il-mara jew raġel tiegħu/tagħha jew tfal li rreġistrati bħala persuna b'diżabbiltà mal-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b'Diżabbiltà (KNPD).
    iv) Fejn dik li għandha l-Liċenzja tkun tqila (pregnant) (matul iż-żmien tat-tqala).
    v) Fejn min għandu l-Liċenzja twelled jew tadotta tarbija (għal perjodu sa sentejn mid-data tat-twelid jew mid-data tal-adozzjoni rispettivament); u
    vi) Fejn min għandu l-liċenzja qed iżomm tifel/tifla għal fostering (għal perjodu ta' sena mid-data li jsir il-fostering jew sa meta l-fostering jieqaf, liema minnhom tiġi l-ewwel.)
  • Formola biex tikkanċella Liċenzja Eżistenti għan-Negozju

    Din il-formola tħassar il-liċenzja eżistenti għan-negozju.
  • Liċenzja għal Fiera u Esibizzjoni Kummerċjali

    B'din il-formola tingħata liċenzja biex tagħmel Fiera u/jew Esibizzjoni Kummerċjali biex tiftaħ il-Ħadd jew f'festa pubblika.
  • Liċenzja għal-Bejgħ Bieb b'Bieb (Formola H)

    B'din il-formola tingħata liċenzja biex persuna tipprovdi jew tforni kull tip ta' oġġetti jew servizzi (relatati mal-attivitajiet kummerċjali elenkati fl-Ewwel Taqsima tal-Ewwel Skeda) permezz ta' kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb, sew jekk l-offerta ma tintalabx minn persuna li tkun qiegħda ssirilha l-offerta u sew jekk tintalab minn din il-persuna bi tweġiba għal xi reklam, imma ma tinkludix il-bejjiegħa tal-ikel u x-xorb li jbiegħu il-prodotti tagħhom bieb b'bieb.
  • 1
  • 2
  • 3
next

​​avvenimenti

 

Visit Malta

Is-sit uffiċjali tat-Turiżmu għal Malta, Għawdex u Kemmuna​

 

​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
servizz logo
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
© servizz.gov 2020