• ID login
  • My Cases
  •  

Ekonomija, Negozju u Kummerċ


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Ekonomija, Negozju u Kummerċ > Negozju u Kummerċ > Servizzi tan-Negozju

Servizzi tan-Negozju

  • Applikazzjoni għal Ċertifikat tal-ISO14001

    L-Istitut tal-Istandards u l-Metroloġija fi ħdan l-MCCAA joffri servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ Sistemi ta’ Ġestjoni Ambjentali skont ir-rekwiżiti tal-istandard Internazzjonali SM EN ISO 14001:2015. Jekk l-organizzazzjoni tiegħek implimentat Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali u għaldaqstant tirrikjedi ċertifikazzjoni, inti tista' tibda billi titlob kwotazzjoni u timla formola sabiex tapplika. Is-servizz ta’ ċertifikazzjoni offrut huwa akkreditat mill-UKAS li hija organizzazzjoni tal-akkreditazzjoni fir-Renju Unit.
  • Applikazzjoni għal Ċertifikat tal-ISO45001

    Dan l-istandard internazzjonali jipprovdi sett ta’ rekwiżiti għal-organizzazzjonijiet sabiex dawn jimplimentaw sistemi ta' ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

    Filwaqt li l-iskop ewlieni ta’ dan l-istandard huwa li jissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati, jipprovdi wkoll għodda li tista’ tintuża mill-maniġment sabiex jiġu identifikati riskji għas-saħħa u s-sigurtà u jingħataw opportunitajiet u jitniedu azzjonijiet li jindirizzaw din il-problema. Għaldaqstant, iċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni timplika li l-maniġment f’organizzazzjoni huwa marbut li jipprovdi ambjent sigur fuq il-post tax-xogħol.
  • Applikazzjoni għal Ċertifikat tal-ISO9001

    L-Istitut tal-Istandards u l-Metroloġija fi ħdan l-MCCAA joffri servizz ta’ ċertifikazzjoni ta’ Sistemi ta’ Ġestjoni ta’ Kwalità skont ir-rekwiżiti tal-istandard Internazzjonali SM EN ISO 9001:2015. Jekk l-organizzazzjoni tiegħek implimentat Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Kwalità u għaldaqstant tirrikjedi ċertifikazzjoni, inti tista' tibda billi titlob kwotazzjoni u timla formula sabiex tapplika. Is-servizz ta’ ċertifikazzjoni offrut huwa akkreditat mill-UKAS li hija organizzazzjoni tal-akkreditazzjoni fir-Renju Unit.
  • Applikazzjoni għall-Awtorizzazzjoni ta’ Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti bħala Stat Membru Kkonċernat

    Din hija formola ta’ applikazzjoni maħsuba għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti meta Malta tkun Stat Membru kkonċernat. F'din il-formola huwa meħtieġ li tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar il-prodott u l-applikant, dokumenti ta’ awtorizzazzjoni mingħand l-ARMS, identiċità tal-prodott, informazzjoni dwar ingredjenti attivi, skedi ta' data ta’ sigurtà, tikkettjar u ppakkjar. L-applikant huwa mitlub jehmeż kopji tad-dokumenti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.
  • Approvazzjoni ta' Lifts li mhumiex Konformi mal-Iskeda

    Din hija formola ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' lifts li ma jikkonformawx ma' skeda I, taqsima 2.2, tar-regolamenti tal-lifts, LN 231. Din il-formola tapplika biss għal dawk il-lifts li m'għandhomx l-għoli meħtieġ tal-pit u/jew il-headroom.
  • Awtorizzazzjoni għall-Importazzjoni Parallela Kummerċjali ta' Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti

    Din hija formola ta’ applikazzjoni maħsuba għal awtorizzazzjoni ta' importazzjoni parallela għall-użu kummerċjali ta' reġistrazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li huma identiċi għal prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti fis-suq Malti. F’din il-formola huwa meħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar il-prodott u l-applikant, dettalji tal-prodott ta’ referenza, ippakkjar, tikkettjar u ta’ prodott li għandu jiġi importat, konferma ta’ identità bħal tikketta oriġinali u skedi tad-dejta tas-sikurezza. L-applikant huwa meħtieġ ukoll li jehmeż kopji tad-dokumenti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.
  • Awtorizzazzjoni għall-Użu Personali ta’ Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti

    Din hija formola ta’ applikazzjoni maħsuba għall-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela għall-użu personali ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti li huma identiċi għal prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti fis-suq Malti. F'din il-formola huwa meħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar il-prodott u l-applikant, dettalji tal-prodott ta’ referenza, prodott li għandu jiġi importat, tikkettar, konferma ta' identità bħal tikketta oriġinali u informazzjoni oħra inkluża ż-żona ta’ art agrikola rreġistrata. L-applikant huwa mitlub jehmeż kopji tad-dokumenti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.
  • Awtorizzazzjoni għar-Riċerka u Żvilupp ta’ Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti

    Din hija formola ta’ applikazzjoni maħsuba għall-awtorizzazzjoni għar-riċerka u żvilupp ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti. F'din il-formola huwa meħtieġ li tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar l-applikant, dettalji dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti inklużi ingredjenti attivi u kwantitajiet li għandhom jintużaw jew jinħelsu, dossier jew ittra ta’ aċċess għad-dossier, informazzjoni tar-riċerka li għandha tinġarr, pjan, skedi tad-dejta tas-sigurtà u tikkettar. L-applikant huwa mitlub jehmeż kopji tad-dokumenti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.
  • Bidla fil-Klassifikazzjoni ta' Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti

    Din hija formola ta’ applikazzjoni maħsuba għall-awtorizzazzjoni għal bidla fil-klassifikazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. F'din il-formola huwa meħtieġ li tipprovdi dettalji tal-bidliet meta applikabbli għall-prodott, l-applikant, il-kompożizzjoni kimika, il-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar. L-applikant huwa mitlub jehmeż kopji tad-dokumenti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.
  • Bidla ta' Persuna/i Responsabbli mil-Lift

    Din il-formola ta' applikazzjoni sservi bħala dikjarazzjoni lill-MCCAA meta tkun ġiet maħtura persuna/i responsabbli ġdida mil-lift, minflok il-persuna/i responsabbli preċedenti.
  • 1
  • 2
  • 3
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025