Ħarsa ġenerali​

Twelid li jseħħ f’Malta għandu jiġi nnotifikat mill-ġenitur/i fi żmien 15-il jum mit-twelid fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta. Twelid li jseħħ f’Għawdex għandu jiġi nnotifikat fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex. In-notifika ta’ twelid tiswa €2.60. Għal iżjed informazzjoni għafas hawn

​X’ser​ tingħata

Ladarba t-twelid jiġi nnotifikat u pproċessat mir-Reġistru Pubbliku, it-twelid tat-tarbija tiegħek jiġi rreġistrat u jinħareġ l-Att tat-Twelid. B’hekk ikun jista’ jinxtara ċertifikat tat-twelid.

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Żur l-uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku fil-Marsa, fl-Isptar Mater Dei, fl-Imsida jew fir-Rabat Għawdex. Tista’ tinnotifika wkoll twelid bil-posta billi tibgħat imejl lil [email protected] għal Malta jew [email protected] għal Għawdex jew online billi żżur is-sit elettroniku tal-Aġenzija Identità Malta

applika