Ħarsa ġenerali​

Mewt li sseħħ f’Malta tista’ tiġi nnotifikata minn xi qarib tal-mejjet jew kwalunkwe persuna oħra fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta. L-imwiet li jseħħu f’Għawdex għandhom jiġu nnotifikati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex. Ma jintalab l-ebda ħlas għan-notifika tal-mewt. Għal iżjed informazzjoni għafas hawn

​X’ser​ tingħata

Ladarba l-mewt tiġi nnotifikata u pproċessata mir-Reġistru Pubbliku, il-mewt tiġi rreġistrata u jinħareġ l-Att tal-mewt. Dan soġġett għall-wasla ta’ dokumentazzjoni mingħand l-awtoritajiet tas-Saħħa u/jew awtoritajiet oħra. B’hekk ikun jista’ jinxtara ċertifikat tal-mewt.

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Żur l-uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku fil-Marsa, fl-Isptar Mater Dei, fl-Imsida jew Victoria, Għawdex. Tista’ wkoll tinnotifika mewt bil-posta billi tibgħat imejl lil [email protected] għal Malta jew [email protected] għal Għawdex jew online billi żżur is-sit elettroniku tal-Aġenzija Identità Malta.

applika