• ID login
  • My Cases
  •  

Identità, Ċittadinanza u Immigrazzjoni


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Identità, Ċittadinanza u Immigrazzjoni > Identità Nazzjonali > Reġistru Pubbliku

Reġistru Pubbliku

  • Pubblikazzjoni ta' Tnidijiet taż-Żwieġ għall-finijiet tal-Artikolu 7(4) tal-Att dwar iż-Żwieġ - RZ2

    Tliet xhur sa sitt ġimgħat qabel iż-żwieġ, il-konjuġi jridu jiddikjaraw taħt ġurament jew b’mod solenni jaffermaw u jiffirmaw il-formoli RZ2 individwalment (żewġ formoli tal-RZ2 għandhom jiġu ppreżentati – waħda ffirmata minn kull parti) quddiem Kummissarju għall-Ġuramenti li jikkonferma li m’hemm l-ebda impediment legali jew xi kawża legali oħra għax iż-żwieġ tagħhom m’għandux iseħħ. Il-Kummissarju għall-Ġuramenti irid jiffirma, jittimbra u jiddata ż-żewġ formoli RZ2. Il-formoli RZ2 jeħtieġ li jiġu sottomessi flimkien mal-formola RZ1.

    Għal aktar informazzjoni ikklikkja hawn

  • Pubblikazzjoni ta’ Tnidijiet taż-Żwieġ għall-finijiet tal-Artikolu 4.2(a) tal-Att tal-2014 dwar Unjoni Ċivili - RZ1

    Minn tliet xhur sa sitt ġimgħat qabel l-unjoni ċivili, l-imsieħba għandhom jagħmlu talba għall-pubblikazzjoni tat-tnidijiet taż-żwieġ fir-Reġistru Pubbliku. F'din il-formola, il-koppja għandha tagħti d-dettalji kollha mitluba mir-Reġistru taż-Żwieġ rigward l-unjoni ċivili li tkun ġejja. Din il-formola għandha tiġi ffirmata mill-koppja.
  • Pubblikazzjoni ta’ Tnidijiet taż-Żwieġ għall-finijiet tal-Artikolu 4.2(a) tal-Att tal-2014 dwar Unjoni Ċivili - RZ2

    Minn tliet xhur sa sitt ġimgħat qabel l-unjoni ċivili, il-konjuġi għandhom jiddikjaraw bil-ġurament jew jaffermaw b'mod solenni u jiffirmaw il-formoli RZ2 individwalment (għandhom jiġu ppreżentati żewġ formoli tal-RZ2 - waħda ffirmata minn kull parti) quddiem Kummissarju għall-Ġuramenti, fejn jikkonfermaw li m'hemm l-ebda impediment legali jew kwalunkwe` kawża oħra legali għaliex l-unjoni ċivili tagħhom m'għandhiex isseħħ. Il-Kummissarju għall-Ġuramenti għandu jiffirma, jittimbra u jiddata iż-żewġ formoli RZ2. Il-formoli RZ2 għandhom jiġu sottomessi flimkien mal-formola RZ1.
  • Talba ghal Pubblikazzjoni ta' Tnidijiet taż-Żwieġ għall-finijiet tal-Artikolu 7(4) tal-Att dwar iż-Żwieġ - RZ1

    Tliet xhur sa sitt ġimgħat qabel iż-żwieġ, il-konjuġi għandhom jagħmlu talba għall-pubblikazzjoni tat-tnidijiet taż-żwieġ fir-Reġistru Pubbliku. F'din il-formola, il-konjuġi jagħtu d-dettalji kollha mitluba mir-Reġistru taż-Żwieġ rigward iż-żwieġ li jkun ġej. Din il-formola għandha tiġi ffirmata mill-koppja.
  • 1
  • 2
next
​​​Freephone 153​​
​​Freephone 153​
​​​[email protected]​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2023