• ID login
  • My Cases
  •  

Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali > Inklużjoni Soċjali > Servizzi u Kura tal-Anzjani

Servizzi u Kura tal-Anzjani

  • Active Ageing Centres

    Dawn iċ-ċentri huma post fejn joffru opportunitajiet lil persuni ikbar fl-età biex jibqgħu attivi fiżikament, mentalment u soċjalment. Iċ-ċentri huma ffukkati aktar fuq it-tagħlim tul il-ħajja. Huma post fejn l-anzjani jistgħu jiltaqgħu ma’ nies tamparhom u jieħdu gost flimkien. Kull ċentru joffri programm varjat ta’ attivitajiet fosthom ħruġ, taħditdiet edukattivi, logħob varju u programm ta’ tagħlim tul il-ħajja u numru ta’ sessjonijiet. Iċ-ċentri mhumiex biss post fejn wieħed imur iqatta` siegħa żmien imma wkoll fejn wieħed jista’ jitgħallem u jaqsam l-abbiltajiet tiegħu mal-oħrajn.
  • Ċentri għal Persuni bid-Dimensja

    Iċ-ċentri għal persuni bid-dimensja (ĊPD) jipprovdu kura f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Dawn iċ-ċentri huma ddisinjati speċifikament biex jaqdu l-bżonnijiet ta’ persuni li jgħixu bid-dimensja. Iċ-ċentri għal persuni bid-dimensja jipprovdu serħan, appoġġ u jtaffu l-piż tal-familjari, filwaqt li anke jipprovdu attivitajiet terapewtiċi lill-persuni bid-dimensja. Diversi studji wrew li dawk li jieħdu ħsieb il-qraba bid-dimensja, u jużaw dawn it-tip ta’ ċentri, jesperjenzaw livelli aktar baxxi ta’ stress relatat mal-kura u benesseri psikoloġiku, meta mqabbla ma’ minn ma jużax dan is-servizz.
  • Dħul f’Dar tal-Anzjani

    Dħul f’Dar tal-Anzjani jipprovdi servizz ta’ kura residenzjali f’ambjent protett u sigur lill-anzjani u persuni b’diżabilità, li ma jistgħux jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti fid-dar tagħhom.
  • Is-Servizz ta’ Fiżjoterapista

    Is-Servizz ta’ Fiżjoterapista huwa mmirat li jgħin lil anzjan jilħaq l-potenzjal massimu tiegħu sabiex ikun jista’ jgawdi ħajja aktar indipendenti mill-aħjar li jista’. Il-fiżjoterapista li jifforma parti mit-team tal-Allied Health Professionals, jipprovdi parir/taħriġ dwar terapija u rijabilitazzjoni biex jittratta problemi dwar l-mobilità.
  • Is-Servizz ta’ Ġerjatrija fil-Komunità

    Is-Servizz ta’ Ġerjatrija fil-Komunità jipprovdi aċċess lill-anzjani li ma jistgħux joħorgu minn djarhom minħabba f’xi problema ta’ saħħa fiżika, sabiex jiksbu assesjar ġerjatriku komprensiv. Dan isir billi l-Ġerjatriku fil-Komunità jagħmel żjara medika d-dar flimkien ma’ professjonisti mit-Taqsima tal-Assessjar tal-CommCare u Dementia Intervention Team.

  • Is-Servizz ta’ Occupational Therapy

    Is-Servizz ta’ Occupational Therapy huwa kkonċernat li jippromovi s-saħħa u l-benessri tal-anzjan permezz ta’ okkupazzjoni. L-għan prinċipali ta’ dan is-servizz huwa li jippermetti lil anzjan jipparteċipa f’attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum. Dan r-riżultat jinkiseb billi wieħed jaħdem mal-anzjan u kommunitajiet biex itejbu l-abbiltà tagħhom biex jidħlu f’okkupazzjonijiet li jridu jew li jeħtieġu, inkella billi jimmodifikaw l-ambjent ħalli jagħtu appoġġ aħjar fl-okkupazzjonali tagħhom.

  • Is-Servizz ta’ Podjatrija

    Is-Servizz ta’ Podjatrija huwa intiż biex jevalwa, jagħmel djanjosi u jittratta kundizzjonijiet ta’ anzjani relatati mas-sieq u l-parti ta’ isfel tal-ġisem. Il-Podjatrista li jifforma parti mit-team tal-Allied Health Professionals, joffri servizz ta’ diversi trattamenti għall-kura tas-saqajn, bħalma hija l-ġilda (e.g. felul, kallijiet u infafet); difer tas-sieq (e.g. difer li ħxien, bla kulur jew li kiber ġol-laħam); ħsara fis-sieq u lgħaksa u kumplikazzjonijiet oħra relatati mad-dijabete fis-sieq jew meta jkun hemm b’diffikulta fil-mixi.
  • Kiri ta' sodod b'għoli varjabbli motorizzati lill-persuni eliġibbli li jgħixu fil-komunità

    Persuna li għandha 60 sena jew aktar, għadha tgħix fil-komunità u ma tistax toħroġ mis-sodda jew ikollha diffikultajiet biex toħroġ mis-sodda, tista' tikri sodda motorizzata.

  • Meals on Wheels

    L-għan tas-servizz Meals on Wheels huwa li jagħti sapport lil anzjani u persuni oħra li qed jgħixu fid-dar tagħhom imma ma jistgħux jippreparaw ikla.

  • Night Shelter

    L-għan tas-servizz tan-Night Shelter hu li joffri kenn għal matul il-lejl lill-anzjani li jgħixu waħedhom jew li għal raġunijiet diversi, iħossuhom insikuri f’darhom. Hawn numru ta’ night shelters kemm f’Malta u kemm f’Għawdex Dan is-servizz hu offrut mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità flimkien ma’ entitajiet oħra.
  • 1
  • 2
  • 3
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025