• ID login
  •  

Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali > Libertajiet Ċivili > Ugwaljanza

Ugwaljanza

  • Ċertifikazzjoni ta' Marka tal-Ugwaljanza

    Marka tal-Ugwaljanza hija ċertifikazzjoni li tingħata lil kumpaniji/organizzazzjonijiet li jagħmlu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala wieħed mill-valuri tagħhom u l-ġestjoni tagħhom hija bbażata fuq l-għarfien u l-promozzjoni tal-potenzjal tal-impjegati kollha irrispettivament mill-ġeneru u mir-responsabbiltajiet tagħhom. L-organizzazzjonijiet interessati li jiksbu Ċertifikazzjoni ta' Marka tal-Ugwaljanza jkunu meħtieġa li jimlew il-formola billi jagħtu d-dettalji tal-organizzazzjoni, motivi tan-negozju, struttura organizzattiva u raġunijiet għala qed japplikaw.
  • Direttorju għal Nisa Professjonisti

    Reġistrazzjoni ta' nisa fi professjoni li tagħti prominenza pubblika u aktar opportunitajiet lil nisa fi professjoni u kompetenti biex jinħatru fuq bordijiet u kumitati, u/jew biex jassumu pożizzjonijiet fejn tittieħed deċiżjoni fis-suq tax-xogħol. Jistgħu japplikaw nisa b'5 snin esperjenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet f' pożizzjoni fil-management; u/jew 10 snin professjonalità speċjalizzata f'qasam partikulari.
  • Formola tal-Ilmenti tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE)

    Din il-formola għandha timtela minn persuna li għandha lment fejn tallega li hi hija vittma ta' diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess jew responsabbiltajiet tal-familja, orjentazzjoni sesswali, karatteristiċi tas-sess u l-espressjoni tal-ġeneru, età, reliġjon jew twemmin, razza jew oriġini etnika, u identità tal-ġeneru fl-impieg, banek u istituzzjonijiet finanzjarji kif ukoll fl-edukazzjoni u diskriminazzjoni fuq bażi ta' razza jew oriġini etnika u tas-sess fil-provvediment u l-aċċess ta' oġġetti u servizzi, kif ukoll fl-eżerċitar tad-drittijiet konferiti fuq il-ħaddiema (moviment ħieles) fl-UE.
  • Formola tal-Kummenti tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE)

    Din il-formola għandha timtela minn persuni li jkunu identifikaw allegata diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol, (u/jew) minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji, (u/jew) fl-edukazzjoni u taħriġ u guidance vokazzjonali (u/jew) fil-provvediment ta' oġġetti u servizzi, kif ukoll fl-eżerċitar tad-drittijiet konferiti fuq il-ħaddiema (moviment ħieles) fl-UE, skont ir-responsabbiltajiet tal-NCPE. Din il-formola hija għal skopijiet ta' informazzjoni biss. Jekk persuna tixtieq li l-NCPE tibda tinvestiga, hu/hi j/tista' timla l-formola tal-ilmenti tal-NCPE.
  • 1
next

​​avvenimenti

 

Visit Malta

Is-sit uffiċjali tat-Turiżmu għal Malta, Għawdex u Kemmuna​

 

​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
servizz logo
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
© servizz.gov 2020