Iċ-ċertifikati tal-ħajja jiġu ġġenerati mill-Unità tar-Relazzjonijiet Internazzjonali (IRU) u jintbagħtu bil-posta lill-benefiċjarji tas-sigurtà soċjali residenti barra minn Malta. Jekk l-IRU ma tirċevix lura ċ-ċertifikat tal-ħajja mingħand il-benefiċjarju fi żmien ħamsa u erbgħin (45) jum, allura l-pagamenti kollha tal-benefiċċji jitwaqqfu.
Is-servizz biex iċ-ċertifikat tal-ħajja jittella’ online huwa mmirat biex jissimplifika l-proċess biex benefiċjarji barranin tas-sigurtà soċjali li jkunu qed joqogħdu barra minn Malta jissottomettu ċ-ċertifikat tal-ħajja tagħhom, u b’hekk jitnaqqsu il-piżijiet amministrattivi u jtejjeb l-aċċessibbiltà.
Il-benefiċjarji għandhom jaċċessaw l-app mySocialSecurity u jinnavigaw lejn it-taqsima għas-servizzi online. Malli jagħżel is-servizz taċ-Ċertifikat tal-Ħajja - Issottometti, il-benefiċjarju għandu jdaħħal ir-referenza tad-dokument taċ-ċertifikati tal-ħajja u r-referenza tal-IRU (li huwa n-numru tal-pensjoni). Dawn iż-żewġ referenzi issibhom fl-ewwel paġna taċ-ċertifikat tal-ħajja li jkun intbagħat lill-benefiċjarju. Ladarba tiddaħħal din l-informazzjoni, titla awtomatikament id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat u s-sena kalendarja taċ-ċertifikat tal-ħajja. Il-benefiċjarju mbagħad jipproċedi billi jiddaħħal l-indirizz tal-email validu. Dan l-indirizz tal-email jintuża’ għal aktar komunikazzjoni lill-benefiċjarju. Il-benefiċjarju jipproċedi billi jtella’ l-kopja skennjata taċ-ċertifikat tal-ħajja mimli biex jagħmel sottomessjoni kompluta. Konferma ta ’sottomissjoni b’ suċċess tingħata permezz ta’ email.
Fis-sottomessjoni jrid jittella’ ċ-ċertifikat tal-ħajja tal-benefiċjaru biss u mhux jinkludi ukoll dak tal-konjuġi. F’każ li jkun hemm ċertifikat tal-ħajja tal-konjuġi jkun irid jittella’ f’sottomessjoni separata.