L-iskema ta’ finanzjament hija mmirata lejn organizzazzjonijiet volontarji bil-għan li tappoġġja l-approċċ tal-Gvern biex jippromwovi nterventi bbażati fil-komunità u biex jipprevjeni l-bidu ta’ abbuż ta’ sustanzi u vizzji għal dawn is-sustanzi.
Id-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem (HRD) jingħata spazju fil-bini amministrat legalment mill-Organizzazzjoni Volontarja li fuqu tkun installata struttura għal skopijiet promozzjonali fuq il-proprjetà tagħhom għal tul ta’ 12-il xahar b’għażla li tirrevedi t-termini u l-kundizzjonijiet jekk tiġdid ikun miftiehem bejn iż-żewġ partijiet.