Ħarsa ġenerali​

L-Iskema ta’ SensAbility tipprovdi assistenza finanzjarja sa €6,000 biex tassisti fil-ħolqien ta’ kamra sensorjali għal dawk l-individwi bi sfidi sensorjali, bħall-awtiżmu jew it-tagħbija eċċessiva sensorjali. L-eliġibbiltà teħtieġ rakkomandazzjonijiet imfassla apposta minn terapista okkupazzjonali mqabbda mill-applikant, li jiddeskrivu l-istruttura u t-tagħmir li jissodisfaw bl-aħjar mod il-ħtiġijiet tal-individwu. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi mill-qarib jew mir-rappreżentant legali tal-persuna interessata. 

​X’ser​ tingħata

Taħt din l-iskema, l-Awtorità tad-Djar tipprovdi assistenza finanzjarja bbażata fuq ix-xogħlijiet rakkomandati fir-rapport imħejji minn terapista okkupazzjonali. Dawn ix-xogħlijiet iridu jkunu għall-aħjar benefiċċju tal-applikant jew tal-persuna bi sfidi sensorjali. L-assistenza tkopri kemm l-ispejjeż tax-xiri ta’ tagħmir sensorjali kif ukoll l-alterazzjonijiet fil-kmamar sensorjali. 

Eliġibbiltà​​

Kif tapplika​

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

 

applika