Ħarsa ġenerali​

Din l-iskema taħseb għal min qiegħed fil-kera ta' post tal-gvern u jixtieq isir sid daru. Din l-iskema tagħti l-opportunità lir-residenti ta' appartamenti jew ta' djar u ta' maisonettes tal-Awtorità tad-Djar jew id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern biex isiru sidien u jkomplu jużaw il-proprjetà bħala r-residenza ordinarja tagħhom.

X’se tingħata

Il-prezz tax-xiri tal-proprjetà assoluta tal-appartament/dar/maisonette tal-Awtorita’ tadDjar/Gvern għandu jkun il-prezz issussidjat tax-xiri kif stabbilit mill-Awtorità wara li jitnaqqas is-sussidju li jammonta għall-ħamsin fil-mija (50%). Tali sussidju jingħata biss jekk l-inkwilini ma jkunux jipposjedu assi kapitali li jkunu aktar minn mija u ħamsin elf Ewro (€150,000) mid-data tal-ewwel pubblikazzjoni ta’ din l-iskema fil-Gazetta tal-Gvern sakemm issir il-kuntratt finali.

Eliġibbiltà​​

Għat-Termini u l-Kundizzjonijiet, jekk jogħġbok agħfas hawn.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha. Hemm tariffa amministrattiva ta’ €20 li ma tingħatax lura meta tissottometti applikazzjoni.
applika