Ħarsa ġenerali​

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSĦS) għandha proċedura sabiex tirregola il-kwalità u l-kwantità ta’ proġetti ta’ riċerka li jsiru fi ħdanha. Jintużaw formoli sabiex tinġabar dejta dwar il-proposti ta’ riċerka.

Il-Formola ta’ Talba għar-Riċerka – Teżijiet hija maħsuba sabiex timtela’ minn studenti:

    li>are following a certificate/diploma/degree course at an educational institution
  • li jkunu qegħdin isegwu kors f’livell ta’ ċertifikat, diploma jew ‘degree’ f’xi istituzzjoni edukattiva
  • li jkollhom bżonn jagħmlu proġett/teżi fl-aħħar tal-kors bħala parti minn dak li hu mistenni minnhom fl-istudji
  • li jkollhom bżonn jiġbru dejta (per eżempju permezz ta’ intervisti jew kwestjonarji) mingħand membri tal-istaff u/jew utenti tas-Servizzi tal-FSĦS sabiex ikunu jistgħu jagħmlu fuq il-proġett tagħhom.

​X’ser​ tingħata

Ġaladarba l-Uffiċju tar-Riċerka fi ħdan il-FSWS jirċievi il-formola flimkien ma’ dokumenti oħra relevanti (per eżempju, dokument ta’ informazzjoni, gwida għall-intervista, u formola ta’ kunsens), uffiċjal fi ħdan l-Uffiċju jiċċekkja jekk l-istudju ikunx maħsub bi prinċipji etiċi, jikkunsidra l-implikazzjonijiet fuq l-utenti tas-Servizzi u fuq parteċipanti oħra, u jikkunsidra wkoll l-impatt ħolistiku tal-proġett fuq is-Servizzi, inkluż fuq ir-riżorsi fi ħdan is-Servizzi. Id-dokumenti imbagħad jintbagħtu lill-Aġenzija/i relevanti għall-konsiderazzjoni. Fi żmien erba’ ġimgħa minn mindu d-dokumenti jintbagħtu lill-Uffiċju tar-Riċerka (sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi partikolari li jikkawżaw ftit dewmien), l-applikant jirċievi ittra permezz tal-imejl li fiha tingħata informazzjoni dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar it-talba u b’informazzjoni dwar il-pass li jkun imiss (jekk it-talba tkun se tintlaqa’).

Eliġibbiltà​​

  • Studenti li jkollhom bżonn jagħmlu proġett tal-aħħar tal-kors jew teżi fi ħdan il-FSWS bħala parti mill-istudji tagħhom f’livell ta’ ċertifikat, diploma jew ‘degree’ minn xi istituzzjoni edukattiva.

Kif tapplika​

Isem tal-Aġenzija: Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali
Indirizz: 212, Triq il-Kanun, Santa Venera SVR 9034
Website: www.fsws.gov.mt
Numru ta’ Telefon: +356 2258 8900

Imla l-formola online u ssottometti.

applika