Hemm bżonn permess biex tindaqq mużika amplifikata f'bar jew restorant. Ikun hemm bżonn ta' rapport minn sound engineer biex jikkonferma li ġew installati miżuri ta' soundproofing.
Din il-formola hija meħtieġa minn persuni li jkunu jixtiequ japplikaw għal liċenzja biex jikru umbrelel, deckchairs, sunbeds, eċċ.
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikklikkja hawn
Hemm bżonn ta' liċenzja biex topera ċentru għall-għaddasa jew skola għall-għaddasa u biex tikri tagħmir tal-bugħaddasa. Servizzi ta' għads rikreattiv jinkludu:a) Taħriġ u struzzjoni fl-għads rikreattiv;b) Għads organizzat u ggwidat minn għaddasa ċċertifikati; uċ) Kiri ta' tagħmir għall-għaddasa.
Is-settur tal-aġeniziji tal-ivvjaġġar huwa regolat sabiex jassigura li jinżammu l-istandards meħtieġa. Il-Gvern ifittex ukoll li jassigura li s-servizzi offruti f'dan is-settur jikkumplimentaw il-policy u l-istrateġija uffiċjali; joffri s-servizzi bħala aġenzija tal-ivvjaġġar li tilqa' n-nies Malta u tieħu ħsieb lil min jivvjaġġa għal postijiet oħra. B'hekk topera bħal min jorganizza l-ġiti jew bħala Destination Management Company.
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
Kiri għal żmien qasir ta' proprjetà bħala post furnished għal vaganza. Il-proprjetà tinkludi studio flats, appartamenti, maisonettes, djar, vilel u rziezet (farmhouses).
Persuni li jkunu jixtiequ li jħaddmu stabbiliment tal-catering ikollhom bżonn liċenzja mill-Awtorità tat-Turiżma ta' Malta.
Hemm skema biex tirregola l-provvediment ta' akkomodazzjoni għal studenti barranin fi djar ta' residenti Maltin. Din l-iskema tassigura li s-servizz ipprovdut mill-familji ospitanti huwa tal-livell mixtieq. Din l-applikazzjoni hija skont l-Att dwar Servizzi tal-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta (Kap. 409).
Hemm bżonn ta' liċenzja biex tqiegħed fis-suq u tippromovi timeshare f'żoni pubbliċi.
Persuni li jagħmluha ta' sostituti meta ma jkunx hemm id-detentur tal-liċenzja (min għandu l-liċenzja) u/jew operaturi fi stabbilimenti tal-catering, u li jkunu responsabbli għall-bejgħ ta' nbejjed u spirti, ikollhom bżonn japplikaw għal dan il-permess.
Is-settur tal-gwidi tat-turisti f'Malta huwa regolat biex jassigura li min jagħti s-servizz ikollu l-kwalifika meħtieġa u għarfien relevanti tad-diversi siti.