Kull żvilupp ta' akkomodazzjoni kollettiva jkollu bżonn ta' liċenzja mill-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta. Akkomodazzjoni kollettiva normalment tfisser stabbiliment ta' akkomodazzjoni li jipprovdi kamra jew struttura oħra fejn joqgħod wieħed li jivvjaġġa, imma n-numru ta' postijiet li jkun hemm għandu jkun akbar mill-minimu għall-gruppi ta' persuni li jaqbżu in-numru ta' membri ta' familja waħda.
B'żieda ma' dan, il-postijiet kollha fl-istabbiliment għandhom ikunu taħt tmexxija komuni ta' tip kummerċjali, ukoll jekk ma tkunx għall-profitt.
Akkomodazzjoni kollettiva tinkludi lukandi u stabbilimenti oħra għall-akkomodazzjoni tat-tip ta' lukanda bħal apart-hotels, appartamenti bis-servizz, hostels, guest houses, boutique hotels, villaġġi turistiċi u stabbilimenti simili oħra kif tgħid l-Awtorità.
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikklikkja hawn.