Ħarsa ġenerali​

Bl-iskop li nkomplu nsaħħu l-Karnival f’Għawdex bħala attività kulturali li tiġbed udjenza minn Għawdex, Malta u barra minn xtutna, u għalhekk anke tagħti kontribut ekonomiku lil Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed iniedi skema li permezz tagħha għandu l-intenzjoni li jassisti lil individwi/organizzazzjonijiet biex jikru fond li jkun jista’ jintuża sabiex fih jinbnew il-karrijiet jew maskri grotteski għall-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2027.

​X’ser​ tingħata

L-applikanti jistgħu jipparteċipaw f’kompetizzjoni waħda jew f’aktar minn kompetizzjoni waħda li tifforma parti mill-Karnival Reġjonali t’Għawdex 2027.


Kull kompetizzjoni ġġib magħha għotja fissa għall-parteċipazzjoni, li tingħata lill-parteċipanti eliġibbli kollha bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż imġarrba sabiex jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Karnival.


Barra minn hekk, il-parteċipanti li jikklassifikaw fl-ewwel, fit-tieni jew fit-tielet post fil-kompetizzjoni rispettiva tagħhom jingħataw premju monetarju.


Id-dettalji kollha dwar l-għotjiet għall-parteċipazzjoni, il-premjijiet u l-kriterji tal-eliġibbiltà jinsabu fir-Regolamenti, il-Linji Gwida u d-Dokument tal-Applikazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Ir-rappreżentant li jkun qed jissottometti l-applikazzjoni f’isem kumpanija għandu jkun laħaq l-età ta’ tmintax-il (18) sena jew aktar u għandu jkun fil-pussess ta’ Karta tal-Identità Maltija valida.

Kif tapplika​

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu aċċessati fuq https://ghawdex.gov.mt/servizzi/ jew permezz tal-applikazzjoni MyGozo u għandhom jiġu sottomessi online.
applika