• ID login
  • My Cases
  •  

Oħrajn


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Oħrajn > Affarijiet Reġjonali > Għawdex

Għawdex

  • Gozo Channel Pass tal-Familja

    Ir-residenti Maltin li għandhom qraba fil-qrib li jgħixu Għawdex huma attwalment intitolati għal ‘Pass tal-Familja’. B’dan il-pass kull persuna applikabbli jkun intitolat għal prezz speċjali li jkun bħal dak ta’ persuna reżidenti f’Għawdex (Resident Għawdxi - €8.15 għal biljett ta’ xufier u karozza u €1.15 għal passiġġier). Addizzjonalment il-miżata annwali għal dan il-pass hija ta’ €11.65 għal pass li jkopri xufier u karozza u €4.65 għal pass li jkopri passiġġier, fejn din il-miżata trid titħallas kull sena biex tiġġedded il-‘Pass tal-Familja’.

    Il-‘Pass tal-Familja’ ikun applikabbli biss għall-ulied ta’ Għawdxin residenti Malta u għalhekk japplika biss għal persuni li għandhom nanniet, ġenituri u aħwa li twieldu u jgħixu f’Għawdex. Dan iżda ma japplikax għal konjuġi, tfal, zijiet, kunjat/a jew aħwa ta’ rispett. ‘Pass’ wieħed biss (li jkun validu għal persuna waħda) ikun maħruġ għal kull dar, għalhekk il-konjuġi u t-tfal ma jibbenefikawx sakemm il-qarib dirett tagħhom, li jkun jgħix Malta, ikun għadu ħaj. F’każ fejn il-qarib dirett li jkun jgħix Malta jmut, il-familja għadha tiddeċiedi min se jkun l-eredi tal-‘Pass’ (il-konjuġi jew it-tfal li jgħixu f’dik id-dar partikolari).

    Dan il-benefiċċju ma japplikax għal persuni li għandhom il-konjuġi, nanniet, ġenituri tat-tfal u aħwa li normalment jgħixu Malta iżda għandhom il-karta tal-identità fuq ir-residenza tas-sajf f’Għawdex.

    Għaldaqstant, oltre minn dak imsemmi hawn fuq, il-prattiċċi attwali li ġew addottati mill-Kumpanija b’mod konsistenti għal dawn l-aħħar diċenji, huma li l-‘Pass tal-Familja’ jiġu wkoll maħruġa fiċ-ċirkostanzi mmsemmija:
    a. Il-‘Pass tal-Familja’ jinħareġ lill-membri kollha tal-istess dar li jkunu applikaw għal ‘Pass tal-Familja’. Għalhekk il-‘Pass tal-Familja’ ikun maħruġ lill-membri kollha tal-familja applikabbli.
    b. L-applikazzjonijiet li jkunu approvati mill-Ministeru f’ċirkostanzi eċċezzjonali meta ġenituri li jkunu separati u jkollhom it-tfal jgħixu Għawdex. F’dan il-każ il-‘Pass tal-Familja’ jiġi mogħti mill-Ministeru lil ġenitur li jkun jgħix Malta.
  • Benefiċċju Addizzjonali li titħallas lil Studenti Residenti f'Għawdex fuq Kirja li jħallsu meta joqgħodu Malta waqt il-Perijodu tal-Istudju

    Studenti residenti f'Għawdex li qed jattendu korsijiet full-time f'Malta jistgħu japplikaw għal benefiċċju addizzjonali fuq kirja li jħallsu meta joqgħodu ġewwa Malta waqt il-perjodu tal-istudju f’istituzzjoni edukattiva terzjarja. Il-benefiċċju ser jingħata tul is-sena skolastika (i.e. Ottubru sa Ġunju)."
  • Għajnuna Finanzjarja lill-Pazjenti li jridu jivvjaġġaw bejn iż-Żewġ Gżejjer

    ll-Ministeru għal Għawdex, f'konformità mad-Dokument tal-Baġit 2019, ser jissussidja l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-pazjenti meta jaqsmu bejn il-gżejjer Maltin għal trattament tal-kanċer, dijalisi tal-kliewi, jew għall-interventi kirurġiċi fl-isptarijiet statali. Ser tingħata wkoll għajnuna għall-ispejjeż tal-akkomokazzjoni.
  • Għotja li titħallas lil Studenti Residenti f'Għawdex li jkunu qed jieħdu Korsijiet Full-Time f'Malta

    Studenti residenti f'Għawdex li qed jieħdu korsijiet full-time f'Malta jistgħu japplikaw għal sussidju tal-Gvern. Is-sussidju ta' €500 kull tliet xhur jingħata matul is-sena akkademika, i.e. minn Ottubru sa Ġunju, u jkopri perjodi ta' tliet xhur (Ottubru sa Diċembru; Jannar sa Marzu; u April sa Ġunju). Kull student ikun meħtieġ li jimla formola fil-bidu ta' kull sena akkademika.
  • Għotja li Titħallas lil Studenti Residenti f'Malta li jkunu qed jieħdu Korsijiet Full-Time f'Għawdex

    Studenti residenti f'Malta li qed jieħdu korsijiet full-time f'Għawdex jistgħu japplikaw għal sussidju tal-Gvern. Is-sussidju ta' €500 kull tliet xhur jingħata matul is-sena akkademika, i.e. minn Ottubru sa Ġunju, u jkopri perjodi ta' tliet xhur (Ottubru sa Diċembru; Jannar sa Marzu; u April sa Ġunju). Kull student ikun meħtieġ li jimla formola fil-bidu ta' kull sena akkademika.
  • Insaħħu t-Turiżmu: Inwieżnu l-Aċċessibiltà fis-Settur Turistiku

    Din l-iskema se tgħin lukandi u guesthouses li jinsabu f’Għawdex biex jagħmlu interventi biex itejbu l-aċċessibiltà ta’ dawn l-istabbilimenti. L-inizjattivi li għandhom jittieħdu għandhom itejbu l-aċċessibiltà għall-persuni b’diżabilta fis-settur tal-akkomodazzjoni.
  • Kalendarju Onlajn u Pjattaforma ta' Prenotazzjoni għal Spazji Pubbliċi f'Għawdex

    Il-Ministeru għal Għawdex jistieden lill-artisiti/organizzaturi/organizzazzjonijiet/NGOs li jixtiequ jorganizzaw xi attività jew avveniment fi spazji pubbliċi, biex jesprimu l-interess tagħhom u jippreżentaw proposta fil-qosor. Il-proposti jridu jiġu approvati mill-Ministeru għal Għawdex. Dawn se jiġu allokati fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel wara li tiġi kkunsidrata l-proposta b'mod xieraq.
  • Konservazzjoni ta' Pjanti Selvaġġi: Eradikazzjoni ta' Speċi Invażiva Peniżetum

    Eko-Għawdex, permezz tal-botanista tagħhom, qed joffru servizz b’xejn biex il-pubbliku jkun jista’ jgħin f’proġett għal-ħarsien tal-flora ta’ Malta u Għawdex.

    L-Unjoni Ewropea qed tobbliga lil Malta biex titneħħa pjanta aljena u invasiva li qed tagħmel ħsara lil pjanti indiġeni Maltin. Din il-pjanta hija magħrufa bl-isem ta’ rixa twila jew peniżetum (bl-ingliż: fountain grass jew bl-isem xjentifiku: Pennistetum setaceum). Din il-pjanta qed tinfirex b’ħeffa kbira ma’ Malta u Għawdex u qed tieħu post pjanti Maltin.

    Il-pubbliku qed jiġi mitlub biex kull meta jiltaqa’ ma’ din il-pjanta kemm fis-selvaġġ u kemm fl-urban (toroq, pjazzez, ġnub tal-egħlieqi, mogħdijiet, art mitluqa, eċċ), permezz tal-mobile app myGozo, jirraporta l-post ta’ fejn ikun hemm din il-pjanta sabiex id-dipartiment konċernat ikun jista’ jneħħi dawn il-pjanti b’mod immedjat u b’hekk jiġu salvagwardjati l-pjanti Maltin.

  • Organizza Avveniment ta' tindif f'Għawdex

    Il-Ministeru għal Għawdex qed jistieden lill-pubbliku ġenerali u/jew organizzazzjonijiet volontarji biex jorganizzaw avvenimenti ta` tindif madwar Għawdex. Il-Ministeru ser jappoġġja avvenimenti bħal dawn billi jipprovdi materjali u appoġġ ieħor li jista' jkun meħtieġ.
  • Reġistrazzjoni għal-Ħażna tal-Kaxxi tal-Pitkalija f’Għawdex

    Il-bdiewa Għawdxin li huma rreġistrati mal-Front Office Rural Gozo (ex FOPA/IACS) huma intitolati li jaħżnu l-kaxxi tal-pitkalija tagħhom fi ħdan l-imsemmi bini.
  • 1
  • 2
next
​​​Freephone 153​​
​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2023