Ħarsa ġenerali​

Jekk m’intix kompletament sodisfatt/a bil-mod kif it-talba tiegħek ġiet ittrattata, inti tista’ primarjament tilmenta mal-Awtorità Pubblika permezz tal-proċedura interna tal-ilmenti, fejn tiġi mwieġeb fi żmien għaxar (10) ġranet tax-xogħol. Inti għandek tissottometti l-ilment tiegħek lill-Awtorità Pubblika sa mhux aktar tard minn tletin (30) ġurnata mid-data tal-aħħar komunikazzjoni mill-Awtorità Pubblika jew l-att jew ommissjoni li tat lok għall-ilment, skont liema hi l-aħħar data.

L-ilmenti jistgħu jiġu sottomessi meta:

1. Ma tirċivix notifika mingħand l-awtorità pubblika;
2. L-awtorità pubblika estendiet bi żmien ta' 20 ġurnata tax-xogħol;
3. It-talba tiegħek ġiet irriffjutata;
4. Il-format tad-dokument li se jiġi pprovdut huwa differenti minn dak li tlabt fit-talba orġinali (dan jinkludi l-proviżjoni ta’ dokument li għandu materjal imħassar, jew il-proviżjoni ta’ dokument differenti minn dak mitlub); jew
5. Inti tikkunsidra li l-ħlas dovut huwa eċċessiv.

X’se tingħata

Proċess tal-ilment skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496).

Eliġibbiltà​​

Persuna eliġibbli għandha tkun:

- Residenti f’Malta għal perjodu ta’ mhux anqas minn 5 snin, U
- Jew ċittadin ta’
- Malta; jew
- Stat ieħor membru tal-Unjoni Ewropea; jew
- EEA.

Kif tapplika​

Proċess tal-ilment skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496).
applika