• ID login
  •  

Oħrajn


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Oħrajn > Informazzjoni dwar Servizzi Governattivi > Libertà tal-Informazzjoni

Libertà tal-Informazzjoni

  • Ilment lil Awtorità Pubblika rigward Talba għal Informazzjoni (FOI)

    Jekk m’intix kompletament sodisfatt/a bil-mod kif it-talba tiegħek ġiet ittrattata, inti tista’ primarjament tilmenta mal-Awtorità Pubblika permezz tal-proċedura interna tal-ilmenti, fejn tiġi mwieġeb fi żmien għaxar (10) ġranet tax-xogħol. Inti għandek tissottometti l-ilment tiegħek lill-Awtorità Pubblika sa mhux aktar tard minn tletin (30) ġurnata mid-data tal-aħħar komunikazzjoni mill-Awtorità Pubblika jew l-att jew ommissjoni li tat lok għall-ilment, skont liema hi l-aħħar data.

    L-ilmenti jistgħu jiġu sottomessi meta:

    1. Ma tirċivix notifika mingħand l-awtorità pubblika;
    2. L-awtorità pubblika estendiet bi żmien ta' 20 ġurnata tax-xogħol;
    3. It-talba tiegħek ġiet irriffjutata;
    4. Il-format tad-dokument li se jiġi pprovdut huwa differenti minn dak li tlabt fit-talba orġinali (dan jinkludi l-proviżjoni ta’ dokument li għandu materjal imħassar, jew il-proviżjoni ta’ dokument differenti minn dak mitlub); jew
    5. Inti tikkunsidra li l-ħlas dovut huwa eċċessiv.
  • Talba għal Informazzjoni lil Awtorità Pubblika (FOI)

    L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (FOI) (Kap. 496) jistabbilixxi d-dritt tal-pubbliku ġenerali għall-aċċess tal-informazzjoni miżmuma għand Awtoritajiet Pubbliċi, sabiex tkompli titkattar it-trasparenza u r-responsabbiltà fil-gvern.

    Il-pubbliku ġenerali jista’ jitlob dokumenti miżmuma għand l-Awtoritajiet Pubbliċi. L-Awtorità Pubblika tiddeċiedi dwar it-talba tiegħek fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol. Jekk ma tkunx sodisfatt/a bil-mod kif l-Awtorità Pubblika ħadet ħsieb it-talba tiegħek, l-Att dwar l-FOI jagħtik is-setgħa li teskala t-talba tiegħek lill-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.

    Kull Awtorità Pubblika ħatret uffiċjal tal-FOI li se jieħu ħsieb it-talbiet għal dokumenti sottomessi mill-pubbliku u jirrappreżenta l-Awtorità Pubblika fuq iċ-ċirkostanzi kollha relatati mal-Att dwar l-FOI.
  • 1
next

​​avvenimenti

 

Visit Malta

Is-sit uffiċjali tat-Turiżmu għal Malta, Għawdex u Kemmuna​

 

​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
servizz logo
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
© servizz.gov 2020