• ID login
  • My Cases
  •  

Oħrajn


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Oħrajn > Informazzjoni dwar Servizzi Governattivi > Mezzi tal-Istampa u x-Xandir

Mezzi tal-Istampa u x-Xandir

  • Access Card tad-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI)

    Il-membri tal-midja jinħtieġu permess biex jattendu għal attivitajiet tal-Gvern. L-Access Cards jinħarġu kull sentejn u tmiem ta' kull perjodu ta' validità, l-applikant ikollu jimla l-applikazzjoni u jibgħatha d-Dipartiment. Detenturi tal-access cards ma jirċevux awtomatikament waħda mġedda imma jkollhom jibagħtu ittra ta' referenza bħala prova li għadhom impjegati ma' u\jew jikkontribwixxu lill-organizzazzjoni tal-midja rreġistrata.
  • Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI): Access Card Temporanja għall-Midja

    Access Card temporanja għall-midja hija valida għal mhux aktar minn 3 xhur jew tintemm mas-sena kalendarja, skont liema tiġi l-ewwel. Wara l-applikant ikollu jippreżenta ittra/i ta' referenza mill-istabbilimenti tal-midja fejn jaħdem u hekk ikun jista' japplika għall-access card mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI). Din l-access card temporanja tal-midja ma tistax tiġi mġedda għal aktar minn perjodu ta' 3 xhur u tinħareġ darba biss.
  • Formola tat-Tibdil tal-Access Card mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI)

    Membri tal-midja li l-access card tagħhom insterqet jew intilfet, jew tħassret b'mod li ma tistax tintuża aktar, jingħataw access card oħra minflok dik li kellhom.
  • Reġistrazzjoni bħala Editur ta' Stazzjon tat-Televiżjoni u/jew tar-Radju

    It-Taqsima tar-Reġistru tal-Istampa tinsab ġewwa d-Dipartiment tal-Informazzjoni u żżomm u taġġorna r-reġistru tal-gazzetti skont l-Att dwar l-Istampa.

    Edituri ta' servizzi tax-xandir għandhom l-istess dmirijiet u obbligi skont l-Att dwar l-Istampa bħalma għandhom l-edituri ta' gazzetti.

    Edituri ta' stazzjonijiet tat-televiżjoni/tar-radju għandhom fi żmien għaxart ijiem milli jsiru edituri, jimlew il-formola tal-applikazzjoni u jgħadduha lir-Reġistru tal-Istampa waqt li jiddikjaraw l-informazzjoni personali u d-dettalji tal-istazzjonijiet rispettivi. L-editur għandu jżomm lir-Reġistru tal-Istampa informat bil-post tar-residenza tiegħu u għandu jikkomunika lir-Reġistratur b'kull bidla fil-post ta' residenza tiegħu fi żmien għaxart ijiem mill-bidla. L-edituri għandhom ukoll iżommu lir-Reġistru tal-Istampa informat jekk humiex disponibbli, billi jagħtu d-dettalji tal-persuna li se tagħmilha ta' bħala aġent editur waqt l-assenza tagħhom, waqt li jispeċifikaw id-dati.
  • Reġistrazzjoni ta' Editur ta' Gazzetta

    It-Taqsima tar-Reġistru tal-Istampa tinsab ġewwa d-Dipartiment tal-Informazzjoni u żżomm u taġġorna r-reġistru tal-gazzetti skont l-Att dwar l-Istampa.

    Kull min hu editur ta' gazzetta għandu, fi żmien għaxart ijiem milli jsir editur, jimla l-formola tal-applikazzjoni u jgħaddiha lir-Reġistru tal-Istampa waqt li jiddikjara l-informazzjoni personali u d-dettalji tal-gazzetta. L-editur għandu jżomm lir-Reġistru tal-Istampa informat bil-post tar-residenza tiegħu u għandu jikkomunika lir-Reġistratur b'kull bidla fil-post ta' residenza tiegħu fi żmien għaxart ijiem mill-bidla. L-editur għandu jżomm lir-Reġistru tal-Istampa informat ukoll jekk ma jkunx dispost, waqt li jagħti dettalji tal-persuna li se tkun floku aġent editur matul l-assenza tiegħu, u jispeċifika d-dati.
  • Reġistrazzjoni ta' Pubblikatur ta' Gazzetta

    It-Taqsima tar-Reġistru tal-Istampa tinsab ġewwa d-Dipartiment tal-Informazzjoni u żżomm u taġġorna r-reġistru tal-gazzetti skont l-Att dwar l-Istampa.

    Kull min hu pubblikatur ta' gazzetta għandu, fi żmien għaxart ijiem milli jsir pubblikatur, jimla l-formola tal-applikazzjoni u jgħaddiha lir-Reġistru tal-Istampa waqt li jiddikjara l-informazzjoni personali u d-dettalji tal-gazzetta. Il-pubblikatur għandu jżommu lir-Reġistru tal-Istampa informat bil-post tar-residenza tiegħu u għandu jikkomunika lir-Reġistratur b'kull bidla fil-post ta' residenza tiegħu fi żmien għaxart ijiem mill-bidla.
  • 1
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025