• ID login
  • My Cases
  •  

Pulizija, Ġustizzja u Difiża


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
​​​​​​​​​​​
​
Ressaq Ilment
​
​​​
Avviż​
Home > Pulizija, Ġustizzja u Difiża > Liġi u Ordni > Ordni Pubblika u Sigurtà

Ordni Pubblika u Sigurtà

  • Demonstrazzjonijiet Edukattivi mill-Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD)

    Waqt id-demonstrazzjoni, il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) jagħtu informazzjoni dwar l-istruttura tad-Dipartiment, fejn jinsabu l-istazzjonijiet tat-tifi tan-nar, il-vetturi tat-tifi tan-nar, kif ukoll spjegazzjoni tal-għodda u l-użu tagħhom. 

    Tingħata wkoll informazzjoni dwar kif wieħed għandu jippreveni nar, kif ukoll kif wieħed għandu juża apparat bażiku biex jintefa n-nar.
  • Korsijiet mogħtija mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD)

    Il-korsijiet kollha offruti mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huma mogħtija minn persuni li għandhom esperjenza vasta fil-qasam tat-tifi tan nar. Il-korsijiet offruti huma:

    i) Kors Bażiku fuq it-Tifi tan-Nar
    ii) Kors Avvanzat fuq it-Tifi tan-Nar
    iii) Kors dwar Apparat tan-Nifs (Breathing Apparatus)
  • LES Dikjarazzjoni biex Tappunta Sewwieq

    Din il-formola tagħtik il-facilità bħala sid tal-vettura (jew delegat fuq dik il-vettura), li tassenja vetturi partikolari li mhumiex użati direttament minnek, lis-sewwieq maħtur. Funzjonalità bħal din hija partikolarment utli f'każijiet fejn vettura hija dejjem misjuqa minn sewwieq partikolari (li ma jkunx sid il-vettura) u lejn persuni li jkollhom aktar minn vettura waħda lliċenzjata f'isimhom.

    Din il-formola għandha tintbagħat minn fuq is-sit les.gov.mt, id-dettalji tas-sewwieq maħtur iridu jiġu mdaħħla u trid tittella' l-Liċenzja tas-Sewqan tas-sewwieq. Wara dan il-proċess ikollok bżonn torbot il-vettura mas-sewwieq maħtur fejn int tkun mitlub li tehmeż din il-formola tad-Dikjarazzjoni.

    Ladarba jitlesta dan il-proċess, b'effett minn dik id-data, il-kontravvenzjoni tinħareġ awtomatikament f'isem is-sewwieq maħtur indikat bħala s-sewwieq attwali bil-kundizzjoni li jingħataw dettalji sħaħ u d-dokumenti relattivi huma mehmuża.

    Dan il-proċess japplika biss fuq kontravvenzjonijiet relatati mal-punti penali fejn is-sewwieq tal-vettura ma jkunx imwaqqaf bħal filkaż ta' kontravvenzjonijiet maħruġa minn Speed Cameras u CCTVs, u b'hekk ma jkunx hemm bżonn li timtela l-formola l-oħra tal-Punti Penali.

    Fuq kontravvenzjonijiet oħra relatati mal-punti penali, jew kontravvenzjonijiet li nħarġu minn Speed Cameras u CCTVs qabel din l-applikazzjoni, iridu jiġu assenjati fuq is-sewwieq billi timtela d-dikjarazzjoni dwar il-Punti Penali.

    Dikjarazzjoni falza tiġi meqjusa bħala att kriminali u jistgħu jittieħdu passi ulterjuri.

  • LES Dikjarazzjoni Punti Penali

    Din id-dikjarazzjoni tal-Punti Penali tippermettilek li ddawwar kontravvenzoni fuq il-persuna li kien qed isuq/juża l-vettura fid-data, il-ħin u l-lokalità tal-kontravvenzjoni. Il-kontravvenzjoni tiġi mibdula fuq isem min kien qed juża/isuq il-vettura jekk jiġu pprovduti d-dettalji kollha u d-dikjarazzjoni tiġi ffirmata miż-żewġ partijiet involuti.

    Jekk id-dikjarazzjoni ma tiġix iffirmata mis-sewwieq tal-vettura, il-kontravenzjoni tibqa' fuq is-sid tal-vettura, iżda l-persuna indikata bħala s-sewwieq tal-vettura tirċievi taħrika sabiex tidher quddiem it-tribunal bħala xhud. Għal din ir-raġuni, l-applikant huwa mitlub sabiex jassigura li d-dettalji kollha tas-sewwieq huma pprovduti f’din id-dikjarazzjoni.

    Dikjarazzjoni falza tiġi meqjusa bħala att kriminali u b'hekk jistgħu jittieħdu passi ulterjuri.
  • Talba biex Iżżur id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

    Il-pubbliku ġenerali jista' jitlob biex iżur stazzjon tal-Protezzjoni Ċivili li jagħżel minn dawn li ġejjin:

    Nar - Ħal Far, Floriana, ix-Xemxija, Kordin u Għawdex
    Fuq il-baħar - Taqsima Marittima
    Kwartieri Ġenerali u Taqsima tal-Klieb - Ta' Kandja

    Wieħed jista' jżur stazzjonijiet tat-tifi tan-nar mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Mejju ta' kull kalendarju. Ma jistgħux isiru żjajjar bejn l-1 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru kif ukoll bejn il-15 ta' Diċembru u l-15 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja, minħabba ż-żieda fl-ammont ta' xogħol.
  • Talba għall-Servizz mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

    Permezz ta’ din l-applikazzjoni l-applikant għandu l-fakultà li japplika għas-servizz li joffri d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, mingħajr ma jkollu għalfejn jattendi personali għand id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Is-servizzi offruti huma: applikazzjoni għal-fire enigne, applikazzjoni għal-għaddasa u xufier ta’ dinghy, applikazzjoni għad-dgħajsa MV Garibaldi u applikazzjoni għall-Uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili.

    Meta l-applikazzjoni tasal għand id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-applikazzjoni tiġi vvetjata għal korrettezza u meta tiġi aċċettata mid-DPĊ, l-applikant jirċievi imejl sabiex iħallas il-kont bil-quddiem skont l-infromazzjoni li jkun mela fl-applikazzjoni.

    Wara li d-Dipartiment joffri s-servizz tiegħu, l-applikant jirċievi informazzjoni b’email jekk għandux iħallas iżjed jew jiġi rifondut lura. Meta kollox jiġi ssetiljat, l-invoice tiġi mgħoddija lill-applikant u l-applikazzjoni tiġi magħluqa.
  • Title Taħditiet ta' għarfien mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

    Matul id-diskussjoni tingħata nformazzjoni dwar miżuri bażiċi ta’ sigurtà u għarfien tan-nar u kif wieħed għandu jippreveni nar kif ukoll kif wieħed juża apparat bażiku biex jitfi nar. Jiġu wkoll diskussi punti mqajjma mill-parteċipanti.
  • Żjara ta' Familjarizzazzjoni u/jew Parteċipazzjoni fit-Taħriġ ta' Tifi tan-Nar mill-Protezzjoni Ċivili

    Permezz ta' din il-formola, kumpaniji privati u dipartimenti/entitajiet tal-Gvern jistgħu jitolbu lill-istaff tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) biex iżur il-post tagħhom sabiex l-istaff tas-CPD ikun jista' jsir familjari mal-bini, il-post u materjali oħra li jinżammu jew jiġu manifatturati fuq il-post.

    Din il-formola tintuża wkoll bħala talba lis-CPD biex tattendi u tipparteċipa waqt xi eżerċizzju ta' tifi ta' nar organizzat minn kumpaniji privati u dipartiment/entitajiet tal-Gvern.
  • 1
next
​​​Freephone 153​​
​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2023