• ID login
  • My Cases
  •  

Pulizija, Ġustizzja u Difiża


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
​​​​​​​​​​​
​
Ressaq Ilment
​
​​​
Avviż​
Home > Pulizija, Ġustizzja u Difiża > Liġi u Ordni > Pulizija

Pulizija

  • Follow-up tar-Rapport li jkun intbagħat lill-Korp tal-Pulizija

    Persuni li għandhom rapport pendenti mal-Korp tal-Pulizija ta' Malta jistgħu jiċċekkjaw u jimmonitorjaw ir-rapport.
  • Ċertifikat tal-Kondotta mill-Pulizija

    Ċittadini Maltin jistgħu jiksbu ċertifikat tal-kondotta billi jmorru personalment fl-Uffiċċju tar-Records Kriminali fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, jew jimlew il-formola elettronika. Meta jmorru jiġbruha, l-applikanti jkollhom jippreżentaw personalment dokument validu ta' identifikazzjoni bħalma hu passaport validu jew karta tal-identità valida.

    Fil-każi fejn l-applikant mhuwiex f'pożizzjoni biex jiġbor iċ-ċertifikat personalment minħabba kundizzjonijiet ta' saħħa, tista' tiġi ppreżentata ittra ffirmata kif inhu xieraq mill-applikant li tawtorizza lit-terza persuna u li għandha tinkludi l-indirizz tar-residenza tal-persuna li tkun se tiġbor iċ-ċertifikat, ir-raġuni għaliex l-applikant ma setax jiġbor iċ-ċertifikat, rapport mediku, kopja tal-karta tal-identità tal-applikant u karta tal-identità ta' min se jiġbor iċ-ċertifikat.

    Għal applikanti Maltin li qed jgħixu barra minn Malta, għandha tiġi ppreżentata ittra mill-applikant lit-terza persuna li tawtorizzaha u li għandha tinkludi l-indirizz tar-residenza barra minn Malta tal-applikant flimkien man-numru tal-karta tal-identità tal-persuna awtorizzata. Hemm bżonn ukoll li tintwera kopja tal-passaport tal-applikant flimkien mal-karta tal-identità tal-persuna awtorizzata biex tiġbor iċ-ċertifikat tal-kondotta tal-applikant.
  • Dikjarazzjoni ta' Kontijiet dwar il-Ġbir Pubbliku

    L-obbligu ta' promotur li jkun ingħatatlu liċenzja dwar ġbir pubbliku li barra mill-provvedimenti oħra tal-Att, fi żmien 5 ġimgħat mill-aħħar jum tal-ġabra, jew il-ġurnata li tiskadi liċenzja, jagħti lill-Kummissarju tal-Pulizija dikjarazzjoni fuq il-formola murija fit-Tieni Skeda tal-Att bl-informazzjoni murija u ċċertifikat li hija korretta fost id-dispożizzjonjiet oħra fl-istess Att.

    Arranġamenti jridu jsiru biex kemm it-tags kif ukoll iċ-ċertifikati ta' awtorità, jingħataw lura lill-pulizija minn fejn tkun inħarġet il-liċenzja.
  • Ġbir Pubbliku

    L-applikazzjoni għandha timtela biex tingħata liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija lill-persuna li qed tippromwovi, jew li tkun bi ħsiebha tippromwovi ġabra f'xi lokalità għal għan ta' karità jew għal għan approvat mill-Ministru responsabbli għall-Pulizija.

    Meta l-applikant imur biex jiġbor il-liċenzja, għandu jipproduċi dokument validu ta' identifikazzjoni bħal passaport jew karta tal-identità.

    Il-liċenzja tingħata jekk kemm-il darba l-ħtiġijiet li jinsabu fl-Att 279 dwar Ġbir Pubbliku jkunu mħarsa.

    L-applikazzjonijiet li għandhom jinkludu t-tagħrif kif jidher fuq il-formola murija fl-Ewwel Skeda tal-Att relatat, trid tkun iffirmata minn għall-anqas tliet individwi.

  • Rapport fuq Oġġetti Mitlufa

    Il-pubbliku jista' jirrapporta kwalunkwe telf ta' oġġetti taħt il-valur ta' €232.93. Persuna tista' tagħmel rapport f'isimha, f'isem ħaddieħor jew f'isem kumpanija.
  • Rapport ta' Reat

    Il-Pubbliku jista' jagħmel rapport ta' reat li ma jinvolvix emerġenza, jew wieħed li fih m'hemmx periklu li xi ħadd jitlef ħajtu. Ir-rapport għandu jikkonċerna reat li jkun diġà sar, u jkun jirrigwarda ħsara ta' valur ta' anqas minn €250 jew proprjetà misruqa ta' valur ta' anqas minn €232.94.
  • Rispons mid-Dipartiment tal-Korp tal-Pulizija ta' Malta

    Il-possibbiltà li tibgħat assessment jew ilment fuq il-Korp tal-Pulizija ta' Malta jew fuq wieħed mill-membri tal-Korp. Il-formola tal-feedback tipprovdi lil min jużaha bl-għażla li jibqa' anonimu.
  • Schengen Information Request

    Din il-formola tippermetti lill-individwi jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala suġġetti tad-data skont il-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data fir-rigward tad-dati personali pproċessata fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. Tali drittijiet jinkludu d-dritt għall-aċċess għad-data personali u li tintalab il-korrezzjoni ta’ data personali li tkun fattwalment skorretta jew it-tħassir tagħha jekk tkun qed tiġi pproċessata illegalment. Għal aktar informazzjoni, ara hawn

  • Sottomissjoni ta' Informazzjoni lill-Korp tal-Pulizija

    Il-pubbliku jista' jgħaddi informazzjoni b'mod kunfidenzjali u malajr lill-Korp tal-Pulizija ta' Malta bħalma huma rapporti li jirrigwardaw abbuż mid-drogi, moħqrija tal-annimali, atti ta' vandaliżmu, eċċ. Għal materji urġenti, ċempel 112.
  • Talba għal informazzjoni mingħand il-Korp tal-Pulizija ta' Malta

    Permezz ta' din il-formola, il-pubbliku ġenerali jista' jitlob informazzjoni mingħand il-Korp tal-Pulizija ta' Malta. L-informazzjoni mitluba tista' tvarja minn tagħrif ġenerali għal informazzjoni speċifika dwar każ li hu relevanti għall-applikant. L-informazzjoni mogħtija lill-applikant wara tiġi proċessata internament, u jekk tissodisfa l-kriterji stipulati mill-Att dwar il-Protezzjoni ta' Data, tingħata lill-pubbliku.
  • 1
  • 2
next
​​​Freephone 153​​
​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2023