• ID login
  •  

Pulizija, Ġustizzja u Difiża


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
​​​​​​​​​​​
​
Ressaq Ilment
​
​​​
Avviż​
Home > Pulizija, Ġustizzja u Difiża > Ġustizzja > Qrati tal-Ġustizzja

Qrati tal-Ġustizzja

  • Applikazzjoni għal Reġistrazzjoni tal-Prattika Professjonali Legali f'Malta taħt it-Titolu Professjonali tal-Istat Membru Domestiku.

    Professjonisti legali mhux Maltin fi ħdan l-Unjoni Ewropea li jixtiequ jipprattikaw il-professjoni legali tagħhom f'Malta jridu jirreġistraw mal-awtorità kompetenti lokali. B'dik ir-reġistrazzjoni, ikunu jistgħu jipprattikaw bis-saħħa tat-titolu professjonali ta' pajjiżhom.
  • Applikazzjoni għall-Aċċess ta’ Professjoni Regolata – MEDJATUR

    Din il-formola għandha tiġi sottomessa biss minn persuni li huma kkwalifikati u qed jitolbu li jiġu akkreditati bħala medjaturi.
  • Arkivju tal-Atti - Talba għall-kopja elettronika/kopja stampata ta’ Atti Ġudizzjarj/i li huwa terminat/i

    Din il-formola tintuża biex tagħmel talba għall-kopja elettronika u/jew kopja stampata minn lista ta’ atti ġudizzjarji li ġew terminati.

  • Avviż ta' Arbitraġġ

    Il-Proċeduri ta’ Arbitraġġ jibdew bil-preżentazzjoni ta’ Avviż ta’ Arbitraġġ mill-persuna li tibda l-proċedimenti (Attur) flimkien mal-ħlas tal-miżata tal-preżentazzjoni rilevanti.
  • Ħlas ta' Multi Onlajn

    Dan is-servizz jintuża miċ-ċittadin biex ikun jista' jħallas multa tal-Qorti wara li jkun irċieva Avviż għall-Ħlas mill-Qrati ta' Malta jew Għawdex.
  • Qorti Kriminali (Malta) Eżenzjoni milli Persuna sservi bħala Ġurat

    B'din l-applikazzjoni, wieħed jista' jitlob lill-Qorti biex ikun eżenti milli jservi bħala ġurat. Skont l-Artikolu 607(1) tal-Kodiċi Kriminali, din l-applikazzjoni għandha timtela fi żmien erbat ijiem wara li tkun irċevejt it-taħrika. Jekk it-talba biex tiġi eżenti tkun ibbażata pereżempju fuq kundizzjoni medika, ikun hemm bżonn ta' kopja oriġinali ta' ċertifikat mediku. Kopja skenjata ma tkunx aċċettata mill-Qorti, u sottomissjonijiet elettroniċi mhumiex suffiċjenti. Fil-każ fejn, skont l-Artikolu 604 tal-Kodiċi Kriminali, wieħed ikun inkluż fil-lista ta' persuni eżenti milli jservu bħala ġurati, ittra indirizzata lir-Reġistratur tkun biżżejjed biex titqies bħala applikazzjoni.
  • Talba għal Medjazzjoni

    Din il-formola għandha tiġi sottomessa minn dawk kollha li jagħżlu li jsolvu t-tilwim tagħhom permezz ta' medjazzjoni fuq bażi volontarja. Il-kunsinna tas-servizz titqies bħala kompluta hekk kif jinħatar medjatur biex imexxi l-medjazzjoni.

  • Tribunal għal Talbiet Żgħar - Avviż ta' Talba

    Din il-formola tintuża biex titressaq quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar talba għal flus li ma tkunx aktar mill-ammont ta' €5,000 u b'din jingħata bidu għal proċeduri quddiem l-istess Tribunal.
  • Tribunal għal Talbiet Żgħar - Risposta

    Din il-formola tintuża mill-parti li tkun ingħatat notifika ta' talba mressqa kontra tagħha fit-Tribunal għal Talbiet Żgħar u tkun trid li tagħti risposta għat-talba. Din ir-risposta għandha tintbagħat fi żmien 18-il jum mid-data ta' meta din il-parti tkun irċeviet in-notifika tat-talba. Jekk il-parti hekk notifikata trid tagħmel kontrotalba kontra l-parti li tkun għamlet it-talba, hu/hi għandha tuża din l-istess formola u timla l-parti intitolata 'Risposta għal Kontrotalba'.
  • Tribunal għal Talbiet Żgħar - Risposta għall-Kontrotalba

    Din il-formola tintuża mill-parti li tkun ressqet it-talba quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar biex tirrispondi għall-kontrotalba li tkun saret mill-parti li kontra tagħha tkun tressqet it-talba.
  • 1
next
​​Freephone 153​
​
​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo ​​ressaq ilment logo​ ​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2022