• ID login
  •  

Pulizija, Ġustizzja u Difiża


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Pulizija, Ġustizzja u Difiża > Ġustizzja > Servizzi tal-Qorti

Servizzi tal-Qorti

  • Applikazzjoni għal Reġistrazzjoni tal-Prattika Professjonali Legali f'Malta

    Professjonisti legali mhux Maltin fi ħdan l-Unjoni Ewropea li jixtiequ jipprattikaw il-professjoni legali tagħhom f'Malta jridu jirreġistraw mal-awtorità kompetenti lokali. B'dik ir-reġistrazzjoni, ikunu jistgħu jipprattikaw bis-saħħa tat-titolu professjonali ta' pajjiżhom. Jekk, imbagħad, dawk il-professjonisti jixtiequ jiksbu dħul fil-professjoni legali f'Malta jkunu jridu japplikaw għal warrant lokali.
  • Applikazzjoni għal Riċerki dwar Testmenti

    Testmenti Pubbliċi Riċerka dwar testmenti tista' ssir fuq kull persuna (ħajja jew mejta) biex issir taf jekk tali persuna rreġistratx testment pubbliku. Ir-riċerka ma tiżvelax il-kontenut tat-testment, imma tagħti biss sommarju li fih ikun hemm id-data li fiha sar it-testment, u n-nutar li ppubblika l-istess testment. Il-kontenut tat-testment jista' jiġi muri biss lill-persuna li għamlet it-testment, jew l-eredi tagħha/tiegħu. Testmenti Sigrieti B'din l-applikazzjoni tista' wkoll tikseb informazzjoni rigward testmenti sigrieti ta' persuni mejta. Dawn it-tip ta' testmenti huma depożitati fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġuriżdizzjoni Volontarja). Wara li persuna tapplika, l-applikant jiġi mgħarraf bir-riżultat tat-tfittxija, u jekk ir-riċerka tkun pożittiva, avukat jew nutar jista' jagħmel talba biex it-testment sigriet jiġi ppubblikat.
  • Avviż ta' Arbitraġġ (Formola 1)

    Din il-formola għandha tiġi ppreżentata mill-persuna li tkun trid tibda proċeduri ta’ arbitraġġ volontarju u għandha tkun akkumpanjata bi ħlas rappreżentanti d-Dritt tar-Reġistru.
  • Avviż ta' Arbitraġġ (Formola 1A)

    Din il-formola għandha tiġi ppreżentata mill-persuna li tkun trid tibda proċeduri ta’ arbitraġġ mandatorju u għandha tkun akkumpanjata bi ħlas rappreżentanti d-Dritt tar-Reġistru u d-Dritt tal-Arbitru.
  • Avviż ta' Rikuża ta' Arbitru (Formola 3)

    Din il-formola għandha tiġi ppreżentata mill-parti li tkun qed tikkontesta arbitru.
  • Avviż tal-Arbitraġġ Konġunt (Formola 1B)

    Din il-formola għandha tiġi ppreżentata fl-eventwalita’ li l-partijiet jixtiequ jippreżentaw Avviż Konġunt fi proċeduri ta’ arbitraġġ volontarju ai termini tar-Regola 13(7) tar-Regoli dwar l-Arbitraġġ. Din il-formola għandha tkun akkumpanjata bi ħlas rappreżentanti d-Dritt tar-Reġistru.
  • Kontro-talba (Formola 6)

    Din il-formola għandha tiġi ppreżentata mill-Intimat u tintuża fi proċeduri ta’ arbitraġġ volontarju. Din il-formola għandha tkun akkumpanjata bi ħlas rappreżentanti d-Dritt tar-Reġistru.
  • Kontro-Talba (Formola 6A)

    Din il-formola għandha tiġi ppreżentata mill-intimat u tintuża fi proċeduri ta' arbitraġġ mandatorju. Din il-formola għandha tkun akkumpanjata ma' ħlas rappreżentanti d-dritt tar-reġistru u d-dritt tal-arbitru.
  • Mandat għat-Taħrik tax-Xhieda

    Din il-formola għandha tiġi ppreżentata meta jkun meħtieg li jitħarrek xhud taħt l-Awtorità tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, u tintuża fi proċeduri ta' arbitraġġ volontarju u fi proċeduri ta' arbitraġġ mandatorju.
  • Rikjesta biex tinħatar bħala Medjatur

    Din il-formola għandha tiġi sottomessa biss minn persuni li huma kkwalifikati u qed jitolbu li jiġu akkreditati bħala medjaturi.
  • 1
  • 2
next

​​avvenimenti

 

Visit Malta

Is-sit uffiċjali tat-Turiżmu għal Malta, Għawdex u Kemmuna​

 

​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
servizz logo
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
© servizz.gov 2020