Ħarsa ġenerali​

Biex persuna tiġi nominata fl-Awtorizzazzjoni għall-Importazzjoni ta' Manifattura (MIA) bħala Persuna Kwalifikata (QP), hija tiġi approvata mill-Awtorità kompetenti li toħroġ l-MIA li tkun eliġibbli biex tkun nominata bħala QP. L-Awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li r-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/83/CE (Artiklu 49) kif iddaħħlu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali (Att tal-2003 dwar il-Mediċini, Artiklu 38 (1e) u r-Regolament 9 tal-A.L. 381 tal-2005 kif emendat) ikunu sodisfatti kollha.

X’se tingħata

Persuna li tixtieq li tkun eliġibbli bħala 'Persuna Kwalifika' (QP) mal-Awtorità dwar il-Mediċini f'Malta.

Eliġibbiltà​​

L-applikazzjonijiet jiġu kkunsidrati bħala li jkunu assessjati b'mod pożittiv u hekk eliġibbli għal intervista minn QP jekk in-numru ta' kriterji jintlaqa', b'mod partikulari ċittadinanza tal-UE jew residenza permanenti Maltija b'permess tax-xogħol; esperjenza ta' xogħol fl-aspett ta' kwalità ta' faċilità tal-manifattura awtorizzata minn awtorità kompetenti fl-UE/EEA/MRA li tipproduċi prodotti mediċinali biex jintużaw mill-bniedem u li tkopri l-formola/i tad-doża li dwarhom il-persuna tagħmel l-intevista; l-ewwel degree f'dixxiplina tax-xjenza.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha lil:

L-Awtorità dwar il-Mediċini
The Malta Life Sciences Park
Sir Temi Zammit Buildings
San Ġwann SGN 3000

L-intervisti normalment isiru darbtejn fis-sena. Sessjoni ta' intervisti ġeneralment issir fl-ewwel erba’ xhur u sessjoni oħra ssir fl-aħħar erba’ xhur ta’ kull sena kalendarja (soġġetta għal kemm ikun hemm applikazzjonijiet eliġibbli għall-intervista).
applika