• ID login
  • My Cases
  •  

Saħħa u Kura fil-Komunità


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Saħħa u Kura fil-Komunità > Saħħa > Politika tas-Saħħa

Politika tas-Saħħa

  • European Health Insurance Card (EHIC)

    Il-European Health Insurance Card (EHIC) hija l-passaport għal trattament mediku bla ħlas jew bi spejjeż imnaqqsa għal emerġenza li tinqala' fi sptarijiet pubbliċi meħtieġa matul żjajjar temporanji f'pajjiżi fiż-Żona Ekonomika Ewropea (EEA) u l-Iżvizzera. L-iskop tal-EHIC huwa li jħaffef id-dħul għall-kura medika matul żjara temporanja ta' detentur fi Stat Membru ieħor u biex jgħaġġel il-ħlas lura tal-ispejjeż li jkunu ntnefqu. L-EHIC hija bla ħlas u tikkumplimenta l-assigurazzjoni privata imma mhijiex sostitut għaliha. Nirrakkomandaw ħafna li persuna jkollha assigurazzjoni tas-saħħa privata. Għal aktar informazzjoni żur il-website billi tikklikkja hawn.

     

  • Talba biex Prodotti Farmaċewtiċi Jiddaħħlu fil-Formolarju tal-Gvern

    Il-formola għandha timtela minn kull detentur tal-Marketing Authorisation (MAHs) jew l-aġenti rappreżentattivi lokali tagħhom, meta jagħmlu talba għal prodotti ġodda farmaċewtiċi biex jiġu kkunsidrati biex jiddaħħlu fil-formolarju tal-Gvern. Din il-formola trid timtela wkoll għal dawk l-oġġetti li diġà huma disponibbli fuq il-formolarju iżda li għalihom qed tiġi kkunsidrata indikazzjoni ġdida. Il-prodotti kollha għandhom ikunu lliċenzjati biex jintużaw fis-suq Malti u l-indikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-proċedura ta' intitolament għall-mediċini bla ħlas li hemm fis-seħħ bħal issa.
  • 1
next
​​​Freephone 153​​
​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2023