Ċentru Jum Santa Marta joffri ambjent sigur, inklużiv u ta’ sostenn għal adulti b’diżabbiltà, fejn kull individwu jingħata l-opportunità li jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja.
Il-missjoni ewlenija taċ-Ċentru hija li tippromwovi t-tkabbir personali, l-indipendenza u l-inklużjoni soċjali, permezz ta’ firxa ta’ attivitajiet ta’ kuljum li huma sinifikanti u ta’ valur, u li jsaħħu kemm il-kura personali kif ukoll l-iżvilupp ta’ ħiliet essenzjali għall-ħajja ta’ kuljum.
Il-programmi tagħna huma mfassla biex jippromovu t-tagħlim kontinwu, il-kreattività, is-saħħa fiżika u l-interazzjoni soċjali, f’ambjent imfassal apposta biex jiżgura sigurtà u rispett lejn id-dinjità ta’ kull parteċipant.
Barra minn hekk, iċ-Ċentru joffri appoġġ u gwida personalizzata, sabiex kull individwu jingħata r-rispett, l-attenzjoni u l-kura li jistħoqqlu, li jippermettilu jkompli jkabbar il-kapaċitajiet tiegħu u jilħaq l-aqwa potenzjal tiegħu.
Aħna impenjati bis-sħiħ li nsaħħu l-parteċipazzjoni attiva ta’ kull persuna fil-ħajja tal-komunità, u nippromwovu stil ta’ ħajja attiva, sodisfaċenti u inklużiva, ibbażata fuq il-valuri fundamentali tad-dinjità, ir-rispett u l-ugwaljanza.