• ID login
  • My Cases
  •  

Taxxa u Finanzi


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Taxxa u Finanzi > Tassazzjoni > Taxxi

Taxxi

  • Għotja fuq Xiri ta’ Apparat Speċjali għall-użu minn Persuni b’Diżabilità

    L-għotja fuq Xiri ta’ Apparat Speċjalizzat toffri sapport u assistenza finanzjarja lil persuni b’diżabilità dwar xiri ta’ apparat speċjalizzat sabiex ikomplu fil-ħajja tagħhom. Lista definittiva tal-apparat eliġibbli hija pprovduta mill-Avviz tal-Gvern rispettiv.

  • Għotja għal First-time Buyers

    Il-Ministeru għall-Finanzi nieda l-iskema tal-għotja li ġejja, li l-għan tagħha huwa li tinċentiva u tassisti lill-first time buyers li jixtru proprjetajiet residenzjali fi ħdan iż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana (ŻkU), proprjetajiet li ilhom mibnija iżjed minn 20 sena u li ilhom vakanti għal iżjed minn seba’ snin, u proprjetajiet ġodda li huma żviluppati skont kriterji approvati kif definiti mil-linji gwida stabbiliti u approvati mill-Bord maħtur mill-Ministru responsabbli għall-finanzi.

  • Għotja għal Spejjeż fuq Funzjoni ta' Tieġ

    Għotja għal spejjeż konnessi ma' funzjoni ta' tieġ.

  • Għotja ta' rifużjoni fuq id-depożitu mħallas għall-posponiment ta' Tiġijiet/Ċerimonji ta’ Unjonijiet Ċivili

    Sabiex jassisti koppji li jiżżewġu jew jidħlu f’unjoni ċivili, il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol ħareġ skema li biha applikanti eliġibbli jistgħu japplikaw għal għotja fuq in-nefqa mġarrba fuq il-provvista ta’ oġġetti u servizzi relatati mat-tieġ tagħhom/ċerimonja tal-unjoni ċivili kif imniżżla fl-‘Ewwel Skeda’ mehmuża mal-Avviż tal-Gvern, liema funzjoni titwettaq f’Malta.

     

    • Agħfas hawn għal kopja tal-iskema.
    • Agħfas hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni.

    Jekk jogħġbok innota li l-assistenza relatata mal-COVID-19 għal din l-iskema twaqqfet mis- 7 ta’ Diċembru 2023.

     

    • Agħfas hawn għal kopja tal-Avviż tal-Emendi għall-Għotja tat-Tieġ jew Unjoni Ċivili.

     

    L-iskema Għotja ta’ Rifużjoni fuq id-Depożitu Imħallas għall-Posponiment jew Adattament ta’ Tiġijiet/Ċerimonji tal-Unjoni Ċivili ġiet mitmuma fis- 7 ta’ Diċembru 2023.

     

    • Agħfas hawn għal kopja tal-Avviż ta' Terminazzjoni għall-Għotja ta' Rifużjoni fuq id-Depożitu Imħallas għall-Posponiment jew Adattament ta' Tiġijiet/Ċerimonji tal-Unjoni Ċivili.

     

    Għal kwalunkwe mistoqsija u għajnuna, jekk jogħġbok ċempel 153.

  • Ħlas Lura fuq Missjonijiet Diplomatiċi

    Flus lura tal-VAT skont ir-Regolamenti tal-Arranġamenti Diplomatiċi u Konsulari.
  • Ħlas Lura ta' Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali 15(7)

    Dan is-servizz jirreferi għall-ħlas lura ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali lil persuni self-occupied li għandhom 'il fuq minn 45 sena, qabel kienu qiegħda għal perjodu ta' 5 snin u jkunu kisbu liċenzja sabiex jaħdmu għalihom infushom skont l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ.
  • Ħlas Lura tal-VAT minn Persuna fin-Negozju mhux Irreġistrata Malta jew fl-UE

    Ħlas lura tal-VAT li tkun tħallset f'Malta minn persuna mhux irreġistrata fl-UE.
  • Irċevuti tal-Pagament tal-Boll

    Kull min jagħmel pagament ta taxxa fuq Konvenju, Kuntratt jew dikkjarazzjoni Causa Mortis jirċievi irċevuta. 

  • Kontijiet u Oġġezzjonijiet

    Wieħed jista jirċievi kont biex iħallas id-differenza tat-taxxa dovuta lill-Kummissarju tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana war li jsir valutazzjoni ġdida fuq il-prezz tal-proprjeta'.  Wieħed jista joġġezzjona għal dan il-kont.
  • Korsijiet Kulturali u Kreattivi tat-Tfal

    Ġenituri ta’ tfal taħt is-16 -il sena li jattendu korsijiet Kulturali jew Kreattivi jistgħu japplikaw għal tnaqqis mid-dħul taxxabli sa massimu ta' € 100 għal kull tifel jew tifla. Korsijiet eliġġibbli taħt din l-iskema huma pprovduti minn entitajiet rikonoxxuti mill-Kunsill Malti għall-Arti u għandhom kodiċi SLC (in-numru tal-SLC għandu jiġi pprovdut mill-entità li tipprovdi t-taħriġ).
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025