• ID login
  • My Cases
  •  

Trasport u Komunikazzjoni


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Trasport u Komunikazzjoni > Servizzi tat-Trasport > Portijiet u Marinas

Portijiet u Marinas

  • Allokazzjoni tal-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Manifattura (MIC)

    Dan is-servizz huwa applikabbli għal dawk l-individwi jew kumpaniji li juru interess li  jibdew jimmanifatturaw kummerċjalment dgħajjes sa 24 metru li huma għall-użu rikrejattiv.

  • Applikazzjoni għal permess ta' Irmiġġ Temporanju

    L-applikazzjoni tista' tintuża minn individwi jew organizzazzjoni biex japplikaw għal permess ta' irmiġġ temporanju. Din l-inizzjattiva tgħinna biex is-sidien tal-bastimenti japplikaw għal postijiet preferuti tal-applikant (massimu sa erba' (4) lokalitajiet). Din l-applikazzjoni trid tiġi mġedda kull sentejn.

  • Applikazzjoni għal użu temporanju tal-irmiġġ

    L-għan ta' din l-applikazzjoni huwa għal użu temporanju ta' irmiġġ jew irmiġġ eżiżtenti reġistrat mal-awtorita'. Din l- applikazzjoni tgħin lis-sidien biex japplikaw għal użu ta' irmiġġ għal żmien speċifiku permezz ta' ħlas.

  • Applikazzjoni ta' Żona restritta

    Kull individwu jew organizzazzjoni jista'japplika  għal żona restritta billi jżur l-Awtorita' jew inkella permess ta' email. Skont l-inħawi mitluba u jekk approvata, din tkun inkuluża b'avviż lil baħħara u maħruġa b' permess li jkun jinkludi sett ta' termini u kundizzjonijiet, fosthom li tkun miftuħa għal pubbliku kollu. 

  • Awtorizzazzjoni ta' blokka (tibdil, rilokazzjoni jew żieda)

    Kull individwu jew organizzjazzjoni li għandha l- permess temporanju tal-Irmiġġ li jitolbu biex ibiddlu, jirrilokaw jew iżidu blokka ta' irmiġġ ieħor, iridu jiġbru l-formoli neċessarji u d-dokumenti mill-uffiċini tal-Awtorita'. Dawn il-formoli huma mitluba jumejn qabel ma jibda x-xogħol mitlub. L-Awtorita' għandha d-dritt li tapprova jew le milli dan ix-xogħol skont dak li ġie mitlub mill-individwu jew organizzazzjoni.

  • Bidla ta' bastiment fil-permess ta' irmiġġ temporanju

    Kull individwu jew organizzazzjoni li juri x-xewqa li jbiddel il-bastiment, jrid jinforma lill-Awtorita' qabel jirreġistra  il-bastiment il-ġdid f'ismu. Jekk l-approvazzjoni għal bidla tal-bastiment tiġi mogħtija  minħabba bidla fil-qies il-ġdid u kif wkoll skont il-lokalita', l-individwu jew l-organizzazzjoni li jixtiequ din il-bidla, jeħtieġu li jmorru sal-uffiċini tad-dipartiment, b'ċertifikat validu tal-bastiment u karta' tal-identita' valida. F'każijiet li l-bastiment huwa ikbar, l-individwu jew l-organizzazzjoni jridu jiffirmaw formola li tgħid li jekk tostakola bastimenti oħra jew minħabba raġunijiet ta' navigazzjoni, il-bastiment rrid jitneħħa minnufih. L-Awtorita' għandha kull dritt li tapprova jew ma tapprovax kwalunkwe bidla mitluba.

  • Ilmenti ġenerali rigward l-irmiġġi

    Kull individwu jew organizzazzjoni jista' jissottometti ilment billi jasal wasla sal-uffiċini tal- Awtorita' jew jintbagħat email. 

  • Ordni ta' stikers u bagi

    Kull individwu jew organizzazzjoni li żżomm il-permess tal- irmiġġ temporanju huma mitluba li jordnaw il-ballun u l-istikers għal bastiment tagħhom flimkien man-numru tal-permess. Kull individwu jew organizzazzjoni jridu jagħmlu dan jew billi jaslu wasla sal-uffiċini taL-Awtorita' jew inkella permess tal-email. Hekk kif jaslu l-istickers, kull individwu jew inkella organizzazzjoni jiġu kkuntattjati biex jinġabru u jitħalsu. 

  • Permess ta’ Operatur tal-Bunkering

    Dan is-servizz jibbenifikaw minnu kumpaniji jew individwi li jixtiequ jibdew operazzjonijiet ta’ bunkering, kemm minfuq l-art kif ukoll permezz ta` vapuri fil-baħar fl-ibħra territorjali Maltin sa 12-il mil nawtiku.

  • Rapport fuq ħsarat taż-żona tal-għawm

    Kull indivdiwu jew organizzazzjoni tista' tirraporta kull żoni tal-għawm billi tasal wasla sal-uffiċini tal- Awtorita' jew inkella  permezz ta' email. Dan ir-rapport għandu jinkludi ż-żona tal-qtugħ tal-linja tal-għawm, bastimenti rmiġġjati fiż-żona tal-għawm jew inkella ħsarat oħra fiż-żona tal-għawm. 
     

  • 1
  • 2
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026