• ID login
  • My Cases
  •  

Trasport u Komunikazzjoni


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Trasport u Komunikazzjoni > Servizzi tat-Trasport > Trasport Marittimu

Trasport Marittimu

  • Karta tal-Ivvjaġġar Frekwenti

    Mill-1 ta’ Ġunju 2004 il-klijenti jistgħu jagħmlu użu minn skemi varji tal-Frequent Traveller meta jivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex. L-iskema Frequent Traveller tapplika għal persuna individwali bħala sewwieq flimkien ma’ kwalunkwe vettura li ma taqbiżx it-tul ta’ 5 metri, jew ma’ vettura partikolari (li ma taqbiżx it-tul ta’ 5 metri) u tkun applikabbli għas-sewwieqa kollha ta’ dik il-vettura partikolari. L-aħħar skema msemmija hija addattata għan-negozji zgħar li jibagħtu rappreżentanti tagħhom Għawdex. Ir-ritratt tas-sewwieq jew in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-għamla tal-vettura ikunu murijja fuq il-card stess skont kif tapplika l-iskema. L-iskema tapplika wkoll għal dawk il-passiġġieri li jaqsmu mingħajr vettura (foot passengers), fejn f’dan il-każ ir-ritratt tal-persuna ikun muri fuq l-istess card.

  • Ktieb għal Baħħara Maltin

    Applikazzjoni għal Seaman's Book.
  • Liċenzja Individwali għal Stazzjon tal-Bastimenti

    Skont l-Att biex jirregola Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399) liċenzja individwali tkun meħtieġa għall-istallazzjoni jew l-użu ta' tagħmir, sakemm l-apparat ma jkunx eżenti mil-liċenzja jew ikun regolat minn awtorizzazzjoni ġenerali. Min ma jkunx konformi ma' dan ir-rekwiżit jitqies bħala ksur tal-istess Att.
  • Liċenzja Individwali għal Stazzjon tal-Bastimenti (li mhumiex mas-SOLAS)

    Skont l-Att biex jirregola Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399) liċenzja individwali tkun meħtieġa għall-istallazzjoni jew l-użu ta' tagħmir, fuq bastimenti li ma jaqgħux taħt il-Konvenzjoni għal Safety for Life at Sea (SOLAS) bħalma huma pleasure yachts/bastimenti tas-sajd, sakemm l-apparat ma jkunx eżenti mil-liċenzja jew ikun regolat minn awtorizzazzjoni ġenerali. Min ma jkunx konformi ma' dan ir-rekwiżit jitqies bħala ksur tal-istess Att. Station Licence ta' bastiment huwa dokument internazzjonali, li għandu jkun dejjem aġġornat, u kull differenza fid-dokument iġġib il-liċenzja invalida. L-istation licence oriġinali tal-vapur għandha tinżamm abbord il-bastiment il-ħin kollu u tkun disponibbli biex jarawha l-awtoritajiet apposta jekk meħtieġ.
  • Liċenzja Individwali Proviżorja għal Stazzjon għall-Bastimenti (Bastimenti mhux tas-SOLAS)

    Skont l-Att biex jirregola Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399), liċenzja individwali tkun meħtieġa għall-istallazzjoni jew l-użu ta' tagħmir fuq bastimenti li ma jaqgħux taħt il-Konvenzjoni għal Safety for Life at Sea (SOLAS) bħalma huma pleasure yachts/bastimenti tas-sajd, sakemm l-apparat ma jkunx eżenti mil-liċenzja jew ikun regolat minn awtorizzazzjoni ġenerali. Min ma jkunx konformi ma' dan ir-rekwiżit jitqies bħala ksur tal-istess Att.
  • Liċenzja Nawtika

    Individwi li jeħtieġu Liċenzja Nawtika ġdida, tiġdid tal-liċenzja, jew ħruġ mill-ġdid ta’ Liċenzja Nawtika.

  • Liċenzja proviżorja ta' Stazzjon tal-Vapuri (Bastimenti tas-SOLAS)

    Talba għal Liċenzja ta' Ship Station Proviżorja għas-Safety for Life at Sea (SOLAS).
    Skont l-Att biex jirregola l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399), Liċenzja ta' Ship Station Proviżorja hija meħtieġa għall-istallazzjoni jew użu ta' apparat. Huwa ksur ta' dan l-Att jekk ma jkunx hemm konformità ma' din il-kundizzjoni.
  • Liċenzja ta' Operatur ta' Bastiment Kummerċjali

    Kumpaniji reġistrati jew individwi li jixtiequ jħaddmu bastiment kummerċjali f'portijiet, ilmijiet interni u territorjali madwar Malta, għandhom japplikaw billi jimlew din il-formola.
  • Notifika ta' Installazzjoni - Bidla ta' Magna/i ta' Bastiment Żgħir

    Din il-formola tintuża minn individwi jew kumpaniji/entitajiet kummerċjali interessati li jbiddlu u/jew iwaħħlu magna/i fuq bastimenti żgħar irreġistrati mar-Reġistru tal-Bastimenti Żgħar.
  • Permess biex tagħmel Attività fuq il-Baħar

    Individwi, kumpaniji jew entitatjiet interessati biex jorganizzaw attivitajiet marittimi mal-portijiet, ilmijiet interni u territorjali ta' Malta, għandhom japplikaw billi jimlew din il-formola ta' applikazzjoni.
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025