• ID login
  • My Cases
  •  

Trasport u Komunikazzjoni


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
​​​​​​​​​​​
​
Ressaq Ilment
​
​​​
Avviż​
Home > Trasport u Komunikazzjoni > Servizzi tat-Trasport > Trasport Marittimu

Trasport Marittimu

  • Permess għal Bunker Operator

    Din il-formola tintuża minn individwi jew kumpaniji/entitajiet kummerċjali interessati li jwettqu operazzjonijiet ta' bunkering fi ħdan il-portijiet, l-ilmijiet interni u territorjali ta' Malta. Din il-formola hija applikabbli għal operaturi ġodda u eżistenti interessati li jġeddu l-permess tagħhom. Operazzjonijiet ta' bunkering jistgħu jitwettqu permezz ta' terminals tal-bunkering, braken tal-bunker u/jew tankers tat-triq.
  • Permess għal Nautical Instructor

    Permess biex wieħed jaġixxi bħala instructor ta' water sports.
  • Reġistrazzjoni jew Reġistrazzjoni mill-Ġdid ta' Bastimenti Żgħar

    "Individwi li jitolbu li jirreġistraw, jerġgħu jirreġistraw, jew iġeddu r-reġistrazzjoni tal-bastiment żgħir fuq ir-Reġistru ta' Bastimenti Żgħar, bħal:

    • Yacht bil-qlugħ
    • Motor yacht
    • Rigid inflatable
    • Dgħajsa tradizzjonali
    • Inflatable boat
    • Paddleboat/Canoe
    • Cabin boat
    • Bastiment miftuħ"
  • Reġistrazzjoni ta' EPIRB (Emergency Positioning Indicating Radio Beacon) Equipment

    Permezz ta' din il-formola, l-applikanti jistgħu japplikaw għal distress beacon registration card. Satellite Emergency Positioning Indicating Radio Beacon (EPIRBs) huma regolati mir-Regolamenti dwar Awtorizzazzjonijiet Ġenerali (Apparat tar-Radjokomunikazzjoni) (L.S. 399.40). B'mod partikulari, jekk jogħġbok assigura li l-MMSI assenjat huwa programmat kif suppost f'dan l-apparat ta' radjokomunikazzjoni.
  • Sistema Globali dwar Periklu fuq il-Baħar u Sigurtà (Global Maritime Distress and Safety System)

    Il-persuna li tħaddem tagħmir tal-Global Maritime Distress and Safety System (GMDSS) tkun meħtieġa, skont il-konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, Safety of Life at Sea (IMO SOLAS) convention, li jkollha ċertifikat li jipprova l-kompetenzi (tagħrif jew kapaċitajiet prattiċi) biex topera tagħmir tal-GMDSS. Fis-settur marittimu, operaturi jistgħu jkollhom 1 miċ-ċertifikati tar-radju li ġejjin: -
    - GOC (General Operator’s Certificate): meħtieġ fuq bastimenti SOLAS li joperaw ukoll barra l-GMDSS Sea Area A1;
    - ROC (Restricted Operator’s Certificate): meħtieġ fuq bastimenti SOLAS li joperaw biss ġewwa l-GMDSS Sea Area A1;
    - LRC (Long Range Certificate): meħtieġ fuq bastimenti li ma jkunux tas-SOLAS li joperaw ukoll barra l-GMDSS Sea Area A1;
    - SRC (Short Range Certificate): meħtieġ fuq bastimenti li ma jkunux tas-SOLAS li joperaw biss ġewwa l-GMDSS Sea Area A1;
    - VHF (Restricted Radiotelephone Operator's Certificate (Very High Frequency): ċertifikat simili għal dak tal-SRC li jagħti prova biss tal-kompetenza biex tħaddem il-VHF DSC radio - f'xi pajjiżi li ma jkunx rikonoxxut.
  • Sospensjoni tar-Reġistrazzjoni mill-Ġdid ta' Bastiment Żgħir irreġistrat f'isem Boat Dealer

    Boat Dealers awtorizzati huma eżenti milli jħallsu drittijiet ta' reġistrazzjoni sakemm jasal il-ħin li jerġgħu jbigħu l-opra tal-baħar. Ir-reġistrazzjoni tkun sospiża sakemm terġa' tinbiegħ.
  • Talba biex tingħalaq Reġistrazzjoni ta' Bastimenti Żgħar (Għeluq Volontarju)

    Applikanti jitolbu li jtemmu r-reġistrazzjoni ta' biċċa tal-baħar. Ikun meħtieġ proċess ta' reġistrazzjoni mill-ġdid biex terġa' tinvalida r-reġistrazzjoni.
  • Tiġdid ta' Liċenzja għal Ċentru Sportiv Akkwatiku

    Individwi u kumpaniji interessati li jġeddu l-liċenzja tagħhom biex joperaw faċilità ta' Sport Akkwatiku.
  • Trasferiment ta' Maritime Radiocommunications Apparatus - Dikjarazzjoni mill-Bejjiegħ

    Talba għat-trasferiment ta' apparat tal-VHF.
  • Trasferiment ta' Bastimenti Żgħar permezz ta' Wirt

    Għandha timtela minn dawk il-persuni li jkunu wirtu bastiment żgħir, bħal:
    - Yacht bil-qlugħ
    - Motor yacht
    - Rigid inflatable
    - Dgħajsa tradizzjonali
    - Inflatable boat
    - Paddleboat/Canoe
    - Cabin boat
    - Bastiment miftuħ

    U li jridu jirreġistraw il-biċċa tal-baħar f'isimhom.
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
next
​​​Freephone 153​​
​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2023