• ID login
  • My Cases
  •  

Xogħol u Servizzi Relatati


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Xogħol u Servizzi Relatati > Servizzi tal-Impjiegi > Xogħol u Taħriġ

Xogħol u Taħriġ

  • Applikazzjoni għal xogħol ma’ Aġenzija Sapport

    Id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani, li jiffoka fuq l-immaniġġjar tal-istaff u l-benesseri tal-impjegati, imexxi r-reklutaġġ tal-Aġenzija, kif ukoll l-iżvilupp u l-manteniment tal-impjegati sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-Aġenzija bħala organizzazzjoni dinamika. L-għan ta’ dan id-Dipartiment huwa li jgħin sabiex tissaħħaħ il-prestazzjoni kemm tal-impjegati individwali kif ukoll dik tal-organizzazzjoni billi jżomm il-policies u l-prattiċi li jaffettwaw lill-impjegati dejjem aġġornati.

    Aġenzija Sapport tibbaża r-reklutaġġ fuq opportunitajiet indaqs u timpjega persuni li jkollhom l-għarfien, l-abbiltajiet u l-attitudni addattati għad-diversi sejħiet li jkollha minn żmien għal żmien. L-Aġenzija toffri wkoll l-opportunità biex l-impjegati jimxu ’l quddiem fil-karriera.
     

  • Bank tax-Xogħol tas-Sajf

    Bil-miġja tas-sajf, issa huwa l-ħin ideali biex tipprepara n-negozju tiegħek għad-domandi staġjonali li ġejjin. Kemm jekk qed tistenna perjodu aktar impenjattiv kif ukoll jekk għandek bżonn idejn żejda, il-Jobsplus Summer Bank se jiftaħ mill-ġdid għalik.

  • Dħul ta’ Isem fir-Reġistru ta’ Persuni b’Diżabilità

    Din l-applikazzjoni tintuża biex tapplika għad-dħul tal-isem fir-Reġistru tal-Persuni b’Diżabiltà tal-Jobsplus.

  • Dikjarazzjoni ta' Mpjieg

    Kull min isib xogħol, anke jekk ikun għadu taħt probation, irid javża lil JobsPlus b’dan mill-ewwel, qabel ma jibda l-impjieg. Wieħed għandu wkoll jieqaf mir-reġistrazzjoni minnufih.
  • Eżenzjoni mill-Ħlas ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

    Din l-applikazzjoni tintuża minn min iħaddem biex jitlob li jiġi eżentat milli jħallas is-sehem tiegħu tal-bolla meta jħaddem persuni b’diżabilita.
  • Formola t’Awtorizzazzjoni għal min Iħaddem

    Din il-formola tintuża f’każijiet meta l-applikanti jitolbu l-aċċess tal-kumpanija fuq is-sit elettroniku tal-Jobsplus u ma jkunux diretturi tal-kumpanija.
  • Formola ta' Profil għall-Postijiet Vakanti

    Aġenziji tar-reklutaġġ u kull min iħaddem mal-privat u jixtieq jimla post battal permezz ta’ Jobsplus, għandu jdaħħal profil għall-post vakanti.
    Dan jista' jsir jew permezz tas-sit ta' Jobsplus, jew billi timla u tibgħat il-formola.
    Informazzjoni ewlenija f’dan il-proċess tinkludi d-dettalji ta’ min iħaddem, id-deskrizzjoni tax-xogħol, u l-kwalifiki u l-ħiliet meħtieġa għar-rwol. Dawn id-dettalji huma essenzjali biex Jobsplus tqabbel il-kariga ma’ kandidati xierqa fuq ir-reġistri tagħha.

     

  • Formola ta’ Bidu ta’ Impjieg għal Persuna Impjegata

    L-engagement form tiġi utilizzata biex tirreġistra l-bidu tal-impjieg tal-impjegat.

  • Formola ta’ Rikjesta għal Servizz ta' Job Brokerage għal Immigranti jew Refuġjati

    Permezz ta' din il-formola, kumpaniji jistgħu jagħmlu talba b'mod formali biex jingaġġaw immigrant għal perjodu ta’ żmien qasir ħafna.
  • Inċentiv għal Min Iħaddem biex jimpjega Ħaddiema Maturi

    Min iħaddem jista' jkun eliġibbli li jibbenefika minn ħlas lura ta' taxxa sa massimu ta' €11,600 fuq perjodu ta sentejn (€5,800 kull sena). Jekk it-taħriġ jiġi outsourced u pprovdut minn partijiet terzi, min iħaddem jiġi mħallas lura sa €400 (50% tal-prezz tat-taħriġ).

  • 1
  • 2
  • 3
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026