• ID login
  • My Cases
  •  

Xogħol u Servizzi Relatati


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Xogħol u Servizzi Relatati > Xogħol > Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

  • Bord għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni (RPB) - Formola ta' Notifika (Kliniċi Dentali)

    Kull entità li trid tuża radjazzjoni ionizzanti għandha tinnotifika lill-RPB skont ir-Regolament 17 tal-Avviż Legali 44/2003. Din il-formola qiegħda biss għall-kliniċi dentali.
  • Bord għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni (RPB) - Formola tan-Notifika tal-Aġent Importatur

    Kull aġent li jrid jimporta isotopi radjattivi f'isem dawk awtorizzati li jistgħu jużaw l-istess isotopi radjattivi, għandhom jinnotifikaw lill-RPB.
  • COMAH (Kontroll ta' Perikli ta' Inċidenti Maġġuri) Notifika minn Operaturi ta' Stabbilimenti - Parti A

    Rekwiżit legali għal stabbilimenti skont l-iskop tal-A.L. 179 tal-2015. L-operatur ta' stabbiliment bħal dan għandu jibgħat in-notifika lill-Awtorità Kompetenti tal-COMAH.
  • COMAH (Kontroll ta' Perikli ta' Inċidenti Maġġuri) Notifika minn Operaturi ta' Stabbilimenti - Parti B

    Rekwiżit legali għal stabbilimenti skont l-iskop tal-A.L. 179 tal-2015. L-operatur ta' stabbiliment bħal dan għandu jibgħat in-notifika lill-Awtorità Kompetenti tal-COMAH.
  • Formola ta' Notifika għall-użu ta' Grupp 2, 3, jew 4 Aġent Bijoloġiku

    Skont l-AL 228 tal-2003, għandha ssir notifika lill-Awtorità mill-inqas tletin jum qabel ma jibda x-xogħol, qabel ma jintużaw għall-ewwel darba;

    - aġenti bijoloġiċi tal-grupp 2,
    - aġenti bijoloġiċi tal-grupp 3,
    - aġenti bijoloġiċi tal-grupp 4,

    kif ukoll fl-użu għall-ewwel darba ta' kull aġent bijoloġiku sussegwenti tal-grupp 4 u ta' kull aġent bijoloġiku ġdid sussegwenti tal-grupp 3 meta min iħaddem innifsu jkun provviżorjament jikklasifika dak l-aġent bijoloġiku.
  • Kors dwar il-Benesseri fuq il-Post tax-Xogħol

    L-itress relatat max-xogħol qed ikun raġuni għal tħassib fuq il-post tax-xogħol. Evidenza reċenti fl-Istati Membri tal-UE tikklassifika l-istress bħala r-riskju prinċipali għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (Euro Barometer tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol, 2014). Jekk ma jindirizzawhiex din tikkawża spiża kbira għal dawk li jħaddmu. Mhix sorpriża mela li l-istħarriġ juri li l-istress iwassal għal anqas produttività għan-negozji affettwati. Jagħmilha diffiċli wkoll għalihom li jżommu 'l-impjegati, li jwassal għal aktar spejjeż f'reklutaġġ u taħriġ.
  • Kors dwar Prinċipji ta' Stima ta' Riskju (Risk Assessment)

    Huwa d-dmir ta' kull min iħaddem u kull persuna li taħdem għal rasha li tagħmel, jew tiżgura li ssir, stima adatta, suffiċjenti u sistematika tar-riskji kollha ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol li jista' jkun hemm fuq il-post u r-riskji involuti li jirriżultaw li jirrigwardaw l-aspetti kollha tal-attività tax-xogħol. Dawn l-assessments għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u persuni li jaħdmu għal rashom li jkunu esposti għalihom waqt li jkunu qed jaħdmu, inklużi viżitaturi fuq il-post tax-xogħol, liema riskji joħorġu mill-konnessjoni max-xogħol li jkun qed isir, jew mit-tmexxija tal-impriża.
  • Kors dwar Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fil-Qasam tal-Kostruzzjoni

    'Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tas-subartiklu (2) ta' qabel, għandu jkun id-dmir ta' min iħaddem li jipprovdi dik l-informazzjoni, istruzzjoni, taħriġ u superviżjoni kif meħtieġ biex jassigura saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.'

    Silta: Att XXVII tal-2000, Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol Reg. 6. (3) (Kap. 424).
  • Kors fl-Ergonomija ... tadatta l-prattika tax-xogħol għall-ħaddiem

    Dan il-kors (twil 4 sigħat) huwa maħsub biex iqajjem kuxjenza dwar is-suġġett u ma jiħux post l-obbligu legali ta' min iħaddem li jipprovdi taħriġ lill-impjegati tiegħu skont l-Att XXVII tal-2000.
  • Kors fl-Ewwel Għajnuna u Sigurtà fuq ix-Xogħol

    Min iħaddem għandu jassigura li f'kull ħin ikun hemm numru biżżejjed ta' nies li jafu jagħtu l-ewwel għajnuna (first aiders) kif inhu xieraq fiċ-ċirkustanzi biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-impjegati jekk dawn ikorru jew iħosshom ħazin fuq ix-xogħol (Reg.5. (1) L.N. 11, 2002. Silta: Regolament tal-2002 dwar l-l-Ewwel Għajnuna fuq il-Post tax-Xogħol.
  • 1
  • 2
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025