Ħarsa ġenerali​

Għalliema li jgħallmu fl-edukazzjoni obbligatorja huma mitluba mill-Liġi biex ikollhom tal-anqas warrant temporanju.

X’se tingħata

Warrant temporanju ta' għalliem.

Eliġibbiltà​​

Għalliema fl-edukazzjoni obbligatorja.

Kif tapplika​

Kopja diġitali ta’ dawn id-dokumenti hija neċessarja sabiex tissottometti l-applikazzjoni għall-Warrant Temporanju għall-Għalliema.

Kwalifiki

Kopja diġitali tal-kwalifiki.

Konferma tal-Impjieg

  1. Skejjel tal-Istat: Kopja diġitali tad-Deployment Notification Form (DNF). Din il-formola tintbagħat lill-għalliema mid-Dipartiment tar-Riżorsi Edukattivi.
  2. Skejjel tal-Knisja u Indipendenti: Agħfas hawn biex tniżżel il-Formola tad-Dikjarazzjoni. Kopja diġitali ta’ din il-formola iffirmata mill-Kap tal-Iskola għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni.

Tiftix tar-Rekords tal-Pulizija (Fedina Penali)

Kopja taċ-Ċertifikat tal-Kondotta tal-Pulizija maħruġ mhux aktar kmieni minn xahar mid-data ta’ meta tiġi sottomessa din l-applikazzjoni.

Applikanti li m’ilhomx residenti Malta għal dawn l-aħħar ħames (5) snin, jistgħu jintalbu jagħtu lill-Kunsill Tiftix tar-Rekords tal-Pulizija mill-pajjiż fejn kienu qed jgħixu.

Imla u ssottometti online

applika