Ħarsa ġenerali​

Meta jivvjaġġaw lejn Malta, il-membri tal-familja jkollhom bżonn passaport validu sabiex jagħmlu dan.

Jekk ċittadini ta' pajjiż barrani jkollhom karta ta' residenza (residence card) li turi li huma membri tal-familja ta' dawn iċ-ċittadini, u jekk dan id-dokument inħareġ minn stat li mhux fix-Schengen, ma jkollhomx bżonn viża biex jagħmlu dan kemm-il darba jkunu qed jakkumpanjaw jew biex jingħaqdu ma' ċittadin tal-UE, EEA jew żvizzeru.

Min-naħa l-oħra, jekk ikollhom dokument maħruġ minn Stat Membru tax-Schengen li huma membri ta' familja li qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu fl-Istat li joħroġ id-dokument, jew inkella jkollhom permess ta' residenza maħruġ minn dak l-istat, minkejja li huma ma jkunux se jingħaqdu maċ-ċittadin imsemmi mill-UE, EEA jew żvizzeru, ma jkolhomx bżonn viża biex jidħlu Malta.

Membri tal-familja li jkollhom bżonn viża biex jidħlu Malta, u li m'għandhom l-ebda wieħed mid-dokumenti msemmija hawn fuq, sabiex jivvjaġġaw lejn Malta jkollhom bżonn din il-viża. Jekk ikunu deħlin Malta flimkien ma' membru tal-familja ċittadin tal-UE, EEA jew Żvizzeru, din il-viża tingħata b'mod aktar faċli u mingħajr ħlas. Jekk dan ma jkunx il-każ, dal-mod aktar faċli ma jiġix applikat u l-applikazzjoni għall-viża minn ċittadin ta' pajjiż barrani ma tiġix proċessata skont il-proċedura normali tal-viża li tapplika għal ċittadini ta' pajjiż barrani.

X’se tingħata

Permess ta' residenza.

Eliġibbiltà​​

Ċittadini ta' pajjiż barrani. Din il-formola għandha timtela minn sponsor* għal skopijiet ta' riunifikazzjoni tal-familja skont ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji rigward miżżewweġ/miżżewġa jew iben jew bint.
*Ċittadin ta' pajjiż li joqgħod legalment Malta, li japplika għall-membri tal-familja tiegħu biex jingħaqdu miegħu/magħha għal skopijiet biex jerġa' jingħaqad mal-familja.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika