Id-dgħajjes tradizzjonali tal-injam jistgħu jitqiesu bħala aspett essenzjali tal-kultura Maltija, speċjalment dik relatata mal-attivitajiet marittimi fiż-żoni tal-port u anke fl-irħula magħrufa għas-sajd. Id-dgħajjes Maltin huma magħrufa għall-kuluri uniċi tagħhom u għall-għajn ta’ Osiris li hija waħda mill-aktar aspetti kulturali distinti tal-kultura Maltija li jservu wkoll bħala attrazzjoni turistika. L-iskema hija għaldaqstant maħsuba biex tassisti lis-sidien ta’ dgħajjes jirrestawraw u jippreservaw id-dgħajjes tradizzjonali tal-injam, jiġifieri l-luzzu li hu magħruf sew, il-kajjik, il-firilla, il-frejgatina, id-dgħajsa tal-pass u d-dgħajsa tal-Latini.
L-għan ta’ din l-iskema huwa li is-sidien tad-dgħajjes jingħataw assistenza finanzjarja biex jirrestawraw jew issir manutenzjoni fuq id-dgħajjes tradizzjonali magħmula mill-injam bħal-luzzu, il-kajjik, il-firilla, il-frejgatina, id-dgħajsa tal-pass u d-dgħajsa tal-Latini. L-allokazzjoni massima għal kull proġett ma tistax taqbeż l-EUR 5,000.
L-iskema tkopri:
• Żebgħa dekorattiva, protettiva u antifouling (jew simili)
• Folji u pjanċi tal-injam solidi, laminati, plywood (jew simili)
• Imsiemer tar-ram, boltijiet, rivits u viti (jew simili)
• Kolla, epossi, siġillant u caulking (jew simili)
• Spejjeż diretti tax-xogħol (sa massimu ta’ 20% tal-appoġġ totali eliġibbli)
Sidien ta’ dgħajjes tal-injam irreġistrati ma’ Transport Malta u/jew id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura taħt il-kategorija MFC jew S.
Il-kriterji għall-eliġibbiltà huma:
• Id-dgħajjes għandhom jiġu restawrati bl-użu tal-kuluri tradizzjonali.
• Id-dgħajjes iridu jinbnew kompletament mill-injam u jiġu rreġistrati bħala tali.
• Id-dgħajjes iridu jkunu nbnew qabel l-2012 (inkluża wkoll is-sena bażi).
• Il-baġits ikkwotati kollha jridu jkunu realistiċi u jinkludu l-ispejjeż relattivi kollha li l-proġett se jġarrab biex jitlesta kompletament u jinkludu d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ kollha meħtieġa.
Din l-iskema bħalissa hija magħluqa.
Għal informazzjoni dwar id-dikjarazzjoni de minimis tal-2023, jekk jogħġbok ikklikkja hawn .
Għal informazzjoni dwar id-dikjarazzjoni de minimis tal-2023 Sajd, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.